It-Tlieta li ġej, 9 ta’ Mejju 2017, il-Knisja f’Malta tiċċelebra l-festa tal-ewwel qaddis Malti, San Ġorġ Preca. Għal din l-okkażjoni, fil-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża (il-Kappella tal-MUSEUM), il-Blata l-Bajda se jsiru dawn iċ-ċelebrazzjonijiet:
Il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju
6:00pm – Quddiesa tal-Ewwel Jum tat-Tridu, iċċelebrata minn Dun Andrew Borg.
Is-Sibt 6 ta’ Mejju
6:00pm – Quddiesa tat-Tieni Jum tat-Tridu, iċċelebrata minn Dun Hector Scerri.
Il-Ħadd 7 ta’ Mejju
6:00pm – Quddiesa tat-Tielet Jum tat-Tridu, iċċelebrata minn Patri Ivan Attard O.P.
It-Tnejn 8 ta’ Mejju
6:00pm – Quddiesa ta’ lejlet il-festa, iċċelebrata minn Dun Kevin Schembri.
Wara l-Quddiesa, il-Kappella tibqa’ miftuħa sal-10:00pm.
It-Tlieta 9 ta’ Mejju
7:30am – Quddiesa iċċelebrata minn Dun Tancred Sultana. Dakinhar, il-Kappella tibqa’ miftuħa sa 12:00pm u mill-4:00pm sad-9:00pm. Kulħadd mistieden isib ħin biex jitlob quddiem il-fdalijiet ta’ San Gorg Preca.
6:30pm – Quddiesa tal-Festa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun, iċċelebrata minn Dun Kevin Schembri.