Home > Lectio Divina > Lectio Divina: 6 Ħadd Matul Sena A

Lectio Divina: 6 Ħadd Matul Sena A


Vanġelu:  Fil-Liġi u l-profeti il-Lhud kienu jsibu li Israel kien ikun tassew imbierek meta jaħkem fuq il-popli kollha td-dinja.  Fit-Talmud (ktieb ieħor qaddis għal-Lhud) insibu li kull Lhudi għad ikollu 2480 seftur biex jaqduh.  Mhux ta’ b’xejn, mela, meta semgħu il-beatitudni ħasbu li Ġesu ried jeqred il-Liġi u l-profeti.  Ġesu jafferma: “Jien ma ġejtx biex neqred il-Liġi imma biex inwassalha għall-perfezzjoni,” i.e. niddrittalha t-tgħawwiġ li lwejtuha, u nispjegaha kif irid il-Missier.  L-anqas tikka waħda ma titneħħa sakemm iseħħ kollox skond ir-rieda t’Alla.  Il-kelma “Torah” ġejja mill-kelma “jara” li tfisser vleġġa. It-Torah hija l-vleġġa li turi t-triq it-tajba.  Illum Ġesu qed jgħid li t-Torah m’għandiex l-aħħar kelma assoluta li qal Alla. Min jieqaf sa fejn tasal it-Torah, ikun għadu nofs triq. Irid jagħmel pass ‘il quddiem b’dawn is-6 eżempji (4 llum u 2 il-Ħadd li ġej) li juru fejn hemm bżonn jasal il-bniedem biex jilħaq il-milja (fulfillment) tiegħu.

  1. “La toqtolx”. Ġesu jgħid: “Tajjeb kien intqal. Issa (mhux “imma”) jien se ngħidilkom…” Min kien iżeblah xbieha tal-Imperatur kien ikun qisu żeblah l-Imperatur innifsu u kienu jaqtgħuhielu għall-mewt. Mela min iżeblaħ bniedem maħluq fuq ix-xbieha t’Alla jkun qed iżeblah lil Alla.  Dan il-kmandament ġa kien fit-Torah. Ġesu ma jneħħihx iżda jwessa’ t-tifsira tiegħu.  Ħati jkun mhux biss dak li joqtol fiżikament (kif kienu jaħsbu l-Lhud) imma wkoll dak li jferi l-qalb bit-tmaqdir, żeblieħ, kalunji, żvelar ta’ xi sigriet, jew korla.  Hemm korla tajba li titqanqal mill-imħabba.  Alla stess jinkorla meta jarana sejrin fit-triq il-ħażina.  Ġenitur jagħmel l-istess biex jikkoreġi ‘l uliedu.  Il-problema tiġi meta wieħed ma jikkontrollax din il-korla, u jibda jgħajjat u jgħajjar.  Din tista’ twassal għall-ġlied, mibgħeda u xewqa biex teħles mill-ieħor: “Mhux li ttajrek karozza”.  Min jirċievi dan kollu, għalkemm ma jmutx, titteħidlu l-paċi tal-qalb u tal-moħħ, jitlef il-ferħ u jidħol f’baħar ta’ nkwiet.  “Waqt il-korla, tidnibx.  Tħallix ix-xemx tinżel fuq il-korla tiegħek.” (Ef).  Nisrani tajjeb, mela, jrid jobdi mhux biss l-ittra tal-liġi imma kulma tinvolvi.  Tant hi serja dil-ħaġa li Ġesu jgħid: “Qabel ma tersaq viċin t’Alla trid tinħasel, mhux minn barra (kif kienu jaħsbu l-Lhud) imma b’tali mod li tkun paċi ma’ kulħadd.  Waqt li Lhudi kien ikun jitlob u jagħmel l-offerta tiegħu u, per eżempju, jiġi serp ma’ saqajh, ma kellux permess  jinterrompi t-talba u l-offerta tiegħu.  Ġesu mill-banda l-oħra tant jagħmel enfasi fuq dil-ħaġa li jgħidilna: “Jekk, waqt li tkun qed ittella’ l-offerta, tiftakar li nqast lil ħuk, interrompi – ħalli l-offerta tiegħek nofs triq, mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, imbagħad ejja kompli.”  Fl-ewwel sekli l-Isqof kien imħeġġeġ ifittex min kellu xi jgħid sa t-Tnejn; biex sal-Ħadd jilħqu jirranġaw.
  2. “Tagħmilx adulterju”. “….ġa għamel adulterju f’qalbu”. Fil-qalb jibda kollox.  Ġesu kien iħalli xi nisa jħaddnuh, ibusulu riġlejh u jidilku xagħru b’żejt ifuh: għax kien pur f’qalbu.  Il-fedelta fiż-żwieġ tibda fil-qalb.  Min għandu qalbu pura jara’l Alla (beatitudni). Jekk wieħed ma jikkontrollax ix-xewqat ħżiena tal-qalb, jispiċċa jagħmel adulterju bil-fatti. “Jekk għajnek hi okkażżjoni tad-dnub…” i.e. meta jkollok ħajra għad-dnub u dil-ħajra għada f’qalbek, għandek żewġ għażliet. Jew (a) tkompli tittratjeni, tirraġuna, tilgħab bid-diskors, eċċ, jew (b) taqta’ fil-laħam il-ħaj mill-ewwel (clean cut).  Min jagħżel tal-ewwel jispiċċa ħażin.  Ġesu jgħidilna biex nagħżlu t-tieni bla telf ta’ żmien.   L-għajn tfisser il- konkupixxenza; l-id l-azzjoni.  Aqta’ mill-ewwel għax il-konsegwenzi huma kbar – separazzjoni, firda, isofru l-mara/ir-raġel, it-tfal, in-nanniet u t-tfal tat-tfal.  Ħajtek minn issa ssir infern.  Aqta’ mill-ewwel qabel ma x-xewqat isiru fatti.
  3. “Min jibgħat lil martu jtiha l-kitba tad-divorzju”. Mose qatt ma ried li raġel ikeċċi lil martu. Imma imħabba l-għebusija ta’ qalbhom u ta’ rashom, kien hemm min jagħmel hekk.  Allura Mose ordnalhom li almenu jagħtuha dil-kitba biex jipproteġi lill-mara.  Mingħajra l-mara mibgħuta tkun f’periklu ta’ tħaġġir jekk tipprova tifforma familja ġdida u jakkużawha li qed tagħmel adulterju.  Il-kelma divorzju bil-Lhudi hija “get”. Dil-kelma ma teżisti mkien fil-Kotba Mqaddsa. L-anqas hemm kelma li fija l-ittri g u t wara xulxin. L-anqas kelma li tispiċċa bil-g u oħra li tibda bit-t.  Ċar li Alla ma riedx din il-kelma fl-Iskrittura. Il-kelma li f’xi traduzzjonijiet (inkluż il-Malti) saret divorzju propjament għandha tidher bħala “ripudju” (tibgħat jew tabbanduna).  Il-Mulej jgħidilna permezz tal profeta Malachi: “Jiena nobgħod ir-ripudju għax hija ferita fl-imħabba. Din l-imħabba  jien irrid li tkun bla mittiefsa.”  Ġesu jasal biex jgħid li min ikeċċi lil martu jagħmel adulterju, u min jiżżewweġ waħda mibgħuta jagħmel adulterju.  Dan ma jfissirx li jagħmel dnub, jitlob maħfra, iqerr u daqshekk.  Irid jagħmel ħiltu kollha biex jirrimedja; għax din l-għażla ġġib rovina fuqu nnifsu, fuq il-mara u t-tfal, u jnaqqas ħafna mill-umanita tiegħu.  Alla ħalaq is-sess biex jintuża mhux b’kapriċċ imma biex joħloq u jqawwi l-imħabba.  Min jgħid: “Issa ż-żminijiet inbidlu –illum moħħna miftuħ. Ħadd ma jindaħlilna x’nagħmlu”. Taħsbu li dawn qed jgħixu ħajja aktar umana minn dawk li qed jgħixu s-sesswalita tagħhom skond il-pjan t’Alla?  Inkunu sinċieri.  Ħasra li dad-diskors insibuh ukoll f’ħalq ħafna Nsara.
  4. “Taħlifx”. Jekk tħoss il-bżonn li taħlef ifisser li int mhux dejjem jemmnuk. Kull kelma li toħroġ minn fomm in-Nisrani konvint u sinċier hija garanzija tal-verita.  Ġesu qed jgħid li ma tagħmilx sens li taħlef.  Għax fi żmienu, min jaħlef falz kien mistenni li Alla jeqirdu b’sajjetta.  Issa Alla m’hu qatt se jagħmel dan.  Mela l-kliem tagħna għandu dejjem ikun: “Iva, iva;  le, le”.

 

Sors: lachiesa.it/liturgia/data/cerca/omelie/fr fernando armellini

Categories: Lectio Divina
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: