Mill-Konflitt għall-Komunjoni

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħadd, 29 ta’ Ottubru 2017: Il-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana għadha kemm ippubblikat t-traduzzjoni Maltija tad-dokument Mill-Konflitt għall-Komunjoni. Dan id-dokument ifakkar il-500 sena tar-Riforma. It-traduzzjoni hi ta’ Patri Silvestru Bonavia, Kapuċċin.

g1.jpg
Il-Papa Franġisku u l-Isqof Luteran Munib Younan

Id-dokument, li fih 70 paġna, jittratta l-istorja tar-Riforma u l-avvenimenti prinċipali tagħha, u l-fehmiet differenti tal-Kattoliċi u l-Luterani dwar diversi aspetti bħas-sagramenti, il-Knisja u l-grazzja, imma wkoll fejn dawn il-fehmiet, f’xi każi, jikkonverġu.

Il-ktieb huwa għodda utli biex insiru nafu aktar dwar il-Luterani u kif il-Knisja Kattolika twieġeb rigward ċerti temi, u dwar kif niddjalogaw bejnietna.
Il-ktieb jinkiseb mill-Kummissjoni Ekumenika, Kurja tal-Arċisqof, Floriana għall-prezz nominali ta’ 5 euro. Min hu interessat jista’ jikteb lill-Kummissjoni Ekumenika fuq ecumenical.commission@maltadiocese.org jew lil hector.scerri@um.edu.mt u jingħata t-tagħrif li jeħtieġ.

Fittex id-Dokument, Mill-Konflitt għall-Komunjoni …
www.laikos.org/konflitt-komunjoni-2017.pdf

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Leave a Reply

%d bloggers like this: