Home > Aħbarijiet > Għeluq l-Assemblea Djoċesana mill-Arċisqof

Għeluq l-Assemblea Djoċesana mill-Arċisqof


Il-Ġimgħa, 24 ta’ Novembru 2017: F’għeluq l-Assemblea Djoċesana 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar il-ħtieġa li n-Nisrani jilqa’ u jxandar il-Kelma ta’ Ġesù biex din issir dawl għas-soċjetà tal-lum u tieħu l-ħajja bl-eżempju ta’ tjubija, ġustizzja u verità.

348527-740xnone.jpgIt‑tema tal-Assemblea ta’ din is‑sena kienet ‘L‑Evanġelizzazzjoni u d‑Djakonija: Lejn Pjan Pastorali għall‑Arċidjoċesi’.

Mons. Arċisqof saħaq li magħquda flimkien, l-evanġelizzazzjoni u s-servizz tad-djakonija jwasslu lill-Insara biex ikunu “ulied id-dawl u mhux ulied id-dlam”. Enfasizza li l-qofol tad-dixxerniment ta’ kull Nisrani għandu jkun li jagħraf x’inhi r-rieda ta’ Alla għaliex b’hekk ikollu direzzjoni ċara f’ħajtu.

Matul l‑Assemblea, il‑Vigarju Episkopali għall‑Evanġelizzazzjoni, Fr René Camilleri, ippreżenta proposta ta’ strategija għall‑evanġelizzazzjoni mifruxa fuq tliet snin bħala parti mill‑pjan pastorali għall‑Arċidjoċesi li qed isir bħalissa.

Fit-tieni jum tal-Assemblea, bħala t-tieni parti tal‑pjan pastorali, il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija, Mons. Charles Cordina, ippreżenta proposta ta’ azzjoni għat‑tisħiħ tal‑impenn soċjali tal‑Knisja fis‑soċjetà. Dan fid-dawl tat-tagħlim tal‑Papa Franġisku li qed jistieden lill‑Insara jilħqu u jaħdmu mal‑foqra u dawk fil‑periferija.

L-Assemblea Djoċesana ta’ din is-sena saret fil-Katekumenju, il-Mosta, bejn il-Ġimgħa 24 u s-Sibt 25 ta’ Novembru 2017.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: