Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tas-Sibt, 25 ta’ Novembru 2017

L-Evanġelju tas-Sibt, 25 ta’ Novembru 2017


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 20, 27-40
Ara l-qari kollu: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php

Is-Sadduċej kienu partit, li wrajh kellu sezzjoni mdaqqsa tal-poplu Lhudi fi żmien Ġesù li kienu jqishu lilhominushom il-Ġusti, dixxipli tal-ewwel qass il-kbir Sadok, ħafna minnhom, kienu nobbli u għonja. Kellhom fergħa ta’ tagħlim li żviluppat għal rasha. Fost l-oħrajn kienu jiċħdu li għall-bniedem ma jeżisti xejn wara l-mewt, la jeżistu anġli u l-anqas spirti, raġunament ta’ ħafna li huma għonja u moħħhom mistrieħ fuq ġidhom.

Ma tantx kienu jidhru li kellhom ħsieb ikunu protagonisti fil-problema Ġesù. Dan kienu jħalluh f’idejn il-partit l-ieħor, il-Fariżej. Iżda wara t-tisfija tat-tempju bl-iktar mod vjolenti minn Ġesù donnhom ħassew li huma wkoll kellhom b’xi mod jikkonribwixxu biex isibu fuq xhiex jixluh. Ingħaqdu mal-Fariżej biex jonsbu trabokk. Jekk ma ħarġux irġiel huma noħorġu aħna. It-theddida fl-imġieba u fil-kliem ta’ Ġesù, għall-pożizzjoni komda tagħhom, bdew jibżgħu minnha huma wkoll.

Għalhekk jersqu lejh’ u forsi, b’ħafna umiltà falza, li mingħalihom kienet iktar konvinċenti mill-arroganza, lil Ġesù jistaqsuh dwar liġi li fit-Torah, skont huma, ħallielhom Mosè, il-liġi tal-Levirat li tinsab fil-Ktieb tad-Dewteronomju 25,5. Minnha joħolqu kas esaġerat veru, imma li jista’ jiġri. L-għan tagħhom ma kienx li jidhru li qed jisfidaw il-liġi jew il-validità tagħha, għalkemm jista’ jkun li kienet iddejjaq lil ħafna minnhom, u bir-raġun, għax il-liġi kellha sfond storiku u soċjali li fi żmienu seta’ kien jagħmel sens, imma meta l-poplu Lhudi beda jgħix fil-bliet u jinfirex il-kuntest ma baqax l-istess, il-ħtiġijiet inbidlu. L-għan tagħhom kien li jdawru l-liġi u r-riżultat li tista’ tikkawża war al-mewt tal-bniedem.

Ġesù jweġibhom u jħoss li għandu jkompli jispjega dwar dan anke f’dak li qal wara din il-ġrajja, kif naraw iktar ’il quddiem.

Meta jiġri dan, mgħallem x’se jiġri fil-ħajja ta’ dejjem? Joqgħodu jiġġieldu fuqha? Jitqassmu biex fl-eternità jgawduha darba kull wieħed? Nistħajlu t-tbissima fuq wiċċhom huma hu jistaqsuh. Min jaf min ħareġ bil-mistoqsija kemm kibritlu rasu u ntefħitlu żaqq bl-għerf liħaseb li kellu!

Għal darb’oħra Ġesù, b’paċenzja tal-għaġeb, iktar u iktar wara l-qilla li wera fit-Tempju, jispejgalhom żewġ ħsibijiet. L-iżball tagħkom hu li tippruvaw tirraġunaw dak li hu ta’ Alla bil-moħħ ċkejken tal-bniedem. Il-liġijiet ta’ Alla jorbtu lill-bniedem fil-ħajja tiegħu fuq din l-art bħala meżż biex jidħol fil-ħajja ta’ dejjem ma’ Alla fejn il-liġi ma torbot lil ħadd, anqas lil Alla, għax ma teżistix għax m’hemmx bżonnha. L-iżball tal-bniedem li jipprova jċekken lil Alla infinit għall-esperjenza finita ħafna tal-bniedem. Lil Alla nġibuh bniedem bħalna, jirraġuna bħalna, iħoss bħalna, iġib ruħu bħalna. Bħas-soltu nużaw il-ħila straordinarja tagħna li naqilbu kollox rasu ’l isfel. Ġesù ftit qabel kien għamel emfasi li min jagħmel dak li jrid il-Missier ikun parti mill-familja tiegħu. U dawn u aħna magħhom naħsbu li nkunu familja ta’ Alla daqskemm jirnexxilna nġiegħdlu lil Alla jagħmel dak li rridu aħna.

Jekk huma kkwotaw il-Ktieb tad-Dewteronomju biex jisħqu l-punt tagħhom, Ġesù jikkwota dak li ta’ bidu għall-Ktieb tad-Dewteronomju u l-kotba l-oħra kollha: l-esperjenza tas-sejħa ta’ Mosè. Fil-Ktieb tal-Eżodu, Kapitlu 3, hemm il-bidu u l-qofol ta’ dak kollu li ġie wara, is-sejħa ta’ Mosè u l-awtorità li Alla jorbot ma’ din is-sejħa. Ġesù qed jgħidilhom: intom li qed tikkwotaw lil Mosè, li fil-Ktieb tal-Eżodu, li intom tgħidu li kiteb hu stess, u li fih jirrakonta li Alla qallu li hu Alla ta’ Abraham, ta’ Iżakk u ta’ Ġakobb, qed tgħidu li Mosè, li dawn it-tlitt patrijarki huma mejtin? Intom qed tgħidu li Alla hu Alla tal-mejtin? Jew forsi qed nifhem ħażin u qe dtgħidu li Mosè, li Alla huma giddibin?

It-tabokk dar fuqhom u nqabdu huma.

Aħna, forsi ma nagħmlux trabokki lil Ġesù, imma nagħmluom lilna nfusna u lil min iħaddan tagħlimu bis-serjetà. Ir-riżulatat huwa dejjem l-istess. Nispiċċaw ninqabdu fihom aħna. L-għerf tagħna huwa dejjem limitat aħaseb u ara meta hu għerf imqanqal mill-kapriċċi jew mill-egoiżmu tagħna. L-iżball tal-bniedem li jaħseb li hu għaref huwa li hu konvint li l-għerf tiegħu ilaħħaq ma’ kollox u li ma hemmx tmiem għas-saltna tiegħu. Iżda, dejjem isib kappell jiġih. Nittamaw li dak il-kappell ma jkunx dejjaq tant li jkollna bżonnu u ma ngħaddux mingħajru avolja jissikka ma’ rasna.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: