Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Ħal Kirkop

Print Friendly, PDF & Email

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Martin Cardona bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Leonardu, Ħal Kirkop. 

Dun Martin Cardona twieled Ħal Qormi fit-13 ta’ April 1961, u rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola ta’ San Bastjan, Ħal Qormi, u fil-Kulleġġ St Elias, Santa Venera. Studja fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta u ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Lulju 1993.
Dun Martin serva bħala viċi kappillan fil-parroċċi ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, u ta’ Ħal Kirkop.

Kien ukoll surmast tas-Seminarju Minuri, Tal-Virtù. Fl-1998 inħatar kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan u fl-2003 kappillan u mbagħad arċipriet tal-Parroċċa tal-Gudja.

Il-Parroċċa ta’ Ħal Kirkop tiġbor fiha madwar 2,200 persuna f’780 familja.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading