Fin-Niġerja l-istess bħal ma ġara f’Fatima 100 sena ilu?

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħamis. 21 ta’ Diċembru 2017: Kattoliċi Nigerjani qed isostnu li fit-13 ta’ Ottubru li għadda fil-belt Nigerjana ta’ Benin reġa’ deher il-fenominu tax-xemx li kien seħħ ġewwa Fatima eżattament 100 sena qabel. 

F’artiklu li deher fil-Vatican Insider World News, Andrea Tornielli rraporta li fi tmiem ċerimonja li fiha 53 Isqof Niġerjan ikkonsagraw mill-ġdid il-pajjiżhom kien hemm ħalba qawwija ta’ xita u immedjatament wara ix-xemx bdiet tibdel il-kulur u dehret bħal f’żifna fis-sema.  Minkejja li ma kien hemm ebda’ stqarrija uffiċjali mill-awtoritajiet tal-Knisja, madankollu bosta kattolici qed issostnu li dan il-fenominu kien sinjal ta’ appovazzjoni mis-sema tal-konsagrazzjoni li kienet għadha kif saret.   Bħalissa n-Niġerrja għaddejja minn żmien ta’ tensjoni qawwija u minħabba bosta atti ta’ terroriżmu mill-fundamentalisti Iżlamiċi fosthom il-ħtif tas-saċerdot Taljan, Maurizio Pallù.   Ara aktar dettalji …

http://www.lastampa.it/2017/10/22/vaticaninsider/eng/world-news/nigeria-faithful-see-the-miracle-of-the-sun-like-in-fatima-x4vwOtGqpL8JwF3OyToYfI/pagina.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading