L-Evanġelju tal-Ġimgħa, 12 ta’ Jannar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 2, 1-12

Inġabru minn kullimkien. Delegazzjoni Fariżej u għorrief tal-liġi minn kull raħal u belt saħansitra minn Ġerusalemm. Ma setgħtex tkun iktar uffiċjali minn hekk. Delegazzjoni li probabilment intbgħatet biex tisma’ u tosserva u tanalizza dak li Ġesù kien qe djgħid u jagħmel u bie xtara taqbdux f’xi ħaġa li biha tkun tista’ tikkundannah.

Dan Ġesù li la kellu l-warrant minn għandhom u inqas kellu rispett lejhom kif suppost kellu jkollu kulħadd. Starmba kif tħalltu man nies komuni, forsi qagħdu kemmxejn ’il bogħod. Wara kollox id-dar (probabilment ta’’ Pietru) ma kienetx territorju tagħhom. Kienu qed jilgħabu ‘away’. Għal Ġesù kullimkien’home’ biex ixandar dakli bagħtu jwassal il-Missier u juri l-qawwa ta’ Alla fih.

Minn naħa l-oħra, Ġesù kien f’burdata qawwija ta’ fejqan. Il-ħniena toħroġ minnu bħall-għaraq fis-sajf. Donnu din il-qawwa ma kellux ħila jwaqqafha, iħenn u jfejjaq, jitħassar u jfarraġ. Ida id-delegazzjoni tal-fariżej u l-gġorrief tal-liġi kien għomja għal din il-qawwa. L-għan tagħhom ma kienx li jaraw u jagħrfu iżda li jfittxu x-xagħra fl-għaġina, għan li għalqilhom qalbhom għal dak kollu li seta’ jiġri. Huma ma kellhomx bżonn ħniena, kellhom biss bżonn li jfittxu l-provi biex il-kundanna tagħhom tkun ġustifikata.

U tasal delegazzjoni oħra. Delegazzjoni ta’ xi rġiel li tħassru lil seħibhom u emmnu fil-qawwa ta’ Ġesù li jfejjaq. Xtaqu li seħibhom iqum fuq saqajh u jimxi u kienu lesti jagħmlu minn kollox biex dan iseħħ. Dawn ma riedux jibqgħu ’il boqgħod, dawn riedu jkunu fil-qalba, quddiem Ġesù sew, biex jara, jitħassar u jfejjaq. Il-kompassjoni u l-fidi tagħhom wasslithom biex ma jqisux il-konsehwenzi ta’ dak li għamlu. Quddiem għajnejhom kellhom biss il-ġid ta’ min kien batut. Ma jidhirx li taw kas x’għidu n-nies, x’jaħsbu fuqhom, ma tawx kas li setgħu qalgħu ġlieda u marru minn taħt għax kienu minoranza. La hemm bżonn il-ġid, gaħmlu minn kollox biex jiksbuh u għalhekk fetħu toqba kbira biżżejjed biex iniżżlu lil seħibhom minnha fis-saqaf. Ġesù ill-ewwel idawwar ħarstu fuqhom u għajnejh jaqraw dak li hemm f’qalbhom. Ra l-fidi tagħhom. Ma rahiex minn kemm stqarru li jemmnu fih bil-kliem, iżda raha minn dak li għamlu. Il-fidi tal-kliem biss sabiħa imma ma tsiwa xejn. Hija minn dak li l-bniedem jagħmel li tingħaraf il-fidi tiegħu.

Dawk l-irġiel ġabu lil seħibhom biex jitfejjaq mill-mard fiżiku tiegħu. Iżda Ġesù jagħraf li waqt li huma kienu qe diġorru l-piż tal-mifluġ bil-mitraħ tiegħu, il-mifluġ kien qed iġorr piż ħafna itqal. Il-piż tad-dnubiet tiegħu. Id-dnub mhux ksur ta’ kull liġi. Min jikser il-liġi ċivili ma jiseejjaħx midneb, jissejjaħ kriminal. Id-dnub idur mar-relazzjoni tal-bniedem ma’ Alla u l-qtiegħ ta’ din ir-relazzjoni, bil-ksur tal-liġi ta’ Alla, jissawwar f’piż kbir fuq il-bniedem, fuq il-qalb tiegħu. Huwa piż li jsawwat u jxekkel lill-bniedem li ma jelisx minnu, u maż-żmien jiġma miegħu iktar piż li għandu l-ħila jwaqqaf lil min iġorru milli jimmatura u jikber; ngħidulu sens ta’ ħtija, iżda iktar milli sens, hu ħtija vera. Ħafna nies intelliġenti joħorġu b’mitt metodu kif jistgħu jirriformaw is-soċjetà, imma donnhom jinsew ħaġa waħda, li s-soċjetà hija magħmula minn bnedmin u Ġesù għaraf li biex tibdel is-soċjetà trid tibdel lill-bniedem; jekk il-qlub tal-bnedmin ma jinbidlux, is-soċjetà tibqa’ sejra għan-niżla li qabdet

Ħabib, dnubietek maħfura. Għall-mifluġ dan kien il-fejqan l-iktar importanti li kien jaf bih hu biss. Meta ra r-rejazzjoni tald-delegazzjoni, Ġesù ma jmerihomx, ma jgħidilhomx li hu sempliċiment kien qe difakkar lill-mifluġ li Alla ħafirlu, meta huma f’qalbhom u bejniethom akkużawh li qe djagħmel dak li Alla biss seta’. Ġesù jurihom dak li huma ma riedux jagħrfu: għandkom raġun Alla biss jista’ jaħfer u jiena bin Alla u għalhekk għandi l-qawwa li naħfer bħalma għandi l-qawwa li nfejjaq. Ebda qawwa ma hi ikbar minn oħra għalija. U għalhekk nużahom it-tnejn.

Aħna nistgħu inkunu bħad-delagzzjoni, għajnejna magħluqa, mitlufin fl-aġendi personali tagħna, tal-partit tagħna, tal-idejat moda li jkaxkruna, u tant ikunu magħlquin li lanqas iħalluna naraw il-ġid li jagħmel Alla, il-ħtiġjiet ta’ dawk ta’ madwarna, il-ġid li jsir minn dawk li aħna lesti qisna isqra lesti biex naqbżu fuqhom. Il-Kelma ta’ Alla tiftħilna għajnejna, jew għallinqas tipprova.

Min irid iżommhom magħluqa, ħadd ma hu se jisfurzah. Jista’ jiġi elf Milied. Jekk aħna rridu nibqgħu fuq is-siġġu tal-imħallfin, se nibqgħu inħarsu ’l isfel lejn kulħadd u ma nieqfu qatt nippuntaw subgħajna, u l-piż tal-ħtija tagħna jkun dejjem jitqal. Nakkużaw lil ħaddieħor bil-ħmieġ tal-għażliet li jagħmel u nħallu l-ħmieġ jiġbidna ’l isfel sa ma ngħerqu fih. Il-kelma tinsab hemm quddiem għajnejk, f’moħħok u f’qalbek. Ħalliha tneħħilek kull piż.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.