Home > Aħbarijiet > Fl-2020 Malta tmexxi t-talb għall-għaqda fost l-Insara

Fl-2020 Malta tmexxi t-talb għall-għaqda fost l-Insara


Is-Santa Sede u l-Kunsill Ekumeniku tal-Knejjes f’Ġinevra għażlu lil Malta biex fis-sena 2020 tkun il-Kapitali tal-Ekumeniżmu fejn se tmexxi t-talb għall-għaqda fost l-Insara.

Fi stqarrija, il-Kurja ta’ Malta qalet li Malta se jkollha r-responsabbilità li tħejji t-tema u r-riflessjoni għal din il-ġimgħa ta’ talb.

Il-President tal-Kummissjoni Ekumenika Maltija, Dun Hector Scerri, qal li dan huwa privileġġ kif ukoll responsabbiltà kbira għaliex l-Insara f’Malta u Għawdex se jaqsmu l-esperjenza tal-vjaġġ ekumeniku tagħhom mhux biss mal-Ewropa imma mal-pajjiżi kollha tad-dinja.

Din is-sena, il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara tintemm għada. It-tema ta’ riflessjoni kienet “Lemintek, Mulej, issebbħet fil-qawwa” (Eż 15:6), li ntagħżlet mill-Knejjes Insara fil-pajjiżi tal-Karibew.

L-Arċisqof Charles Scicluna mexxa Servizz Ekumeniku Djoċesan fil-Bażilika tat-Twelid tal-Verġni Marija, l-Isla, il-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar. F’dan is-servizz ekumeniku pparteċipaw Insara minn Knejjes differenti, fosthom il-Kattoliċi, l-Ortodossi, l-Evanġeliċi Luterani, iċ-Church of England, iċ-Church of Scotland u l-Metodisti.

Fl-introduzzjoni tas-Servizz, l-Arċisqof qal li l-istorja turi li minkejja t-tbatija kbira, il-Bibbja kienet sors ewlieni ta’ konsolazzjoni u ħelsien. L-Arċisqof qal ukoll li l-Bibbja tkompli tkun sors ta’ konsolazzjoni u ta’ ispirazzjoni għall-Insara, inkluż f’pajjiżi mbiegħda, biex jindirizzaw kundizzjonijiet li qed jheddu d-dinjità tal-bniedem u l-kwalità tal-ħajja.

Rapport fin-Newbook

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: