L-Evanġelju tat-Tnejn, 29 ta’ Jannar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum:http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 5, 1-20

Gerasa kienet belt fix-xlokk tal-baħar tal-Gallilija u għalkemm xi lhud kienu jowgħodu fol-bliet ta’ din in-naħa tal-baħar, il-biċċa l-kbira kienu pagani.

Dan ir-raġel maħkum minn spirtu ħażin qawwi ħafna donnu kien qed jistennih. Donnu kien jaf li l-preżenza ta’ Ġesù kienet theddida għalih. Kien jgħammar fl-oqbra, il-post imniġġes mill-mewt, fejn id-dekompożizzjoni tal-iġsma tal-mejtin isseħħ u tniġġes dak kollu li hemm madwarha. Kellu qawwiet straordinarji tant li ħadd u xejn ma seta’ jrażżnu. Kien jixher u jgħajjat u jtellef is-sliem tal-inħawi. Kien iqatta lilu nnifsu biż-żrar, probabilment mingħajr ma jħoss l-uġiegħ.

Hu stess imur fuq Ġesù, li ma kienx kellmu, u jinżel quddiemmu, jitbaxxa quddiem dak li hu kien jaf sewwa min kien u kien jaf sew li quddiemu ma kellux saħħa. Meta Ġesù jistaqsih x’jismu, biex juri l-qawwa tiegħu l-ispirtu ħażin wieġbu ‘leġjun’ (kelma latina li ġejja minn ‘magħżula’ miġbura bil-lieva). Leġjun fis-sistema militari rumana kien jgħodd bejn 3000 u 6000 suldat. Ovvjament, l-ispirtu ħażin ried jimpressjona bil-kwantità, mingħalih ibeżża bl-ammont. Iżda kif iċedi ismu, skont it-twemmin ta’ dak iż-żmien, jitlef mill-qawwa tiegħu u jissuġġetta lilu nnifsu għal qaww ta’ min isir jaf min hu. Is-setgħa tal-ispirtu ħażin ma kienetx biss fuq ir-raġel iżda fuq il-pajjiż kollu. Kif il-ħażin jaħkem wieħed, ifixkel lil dawk ta’ madwaru wkoll, ibeżżagħhom u jikkundizzjunalhom ħajjithom.

Ġesù joħroġ lill-ispirtu ħażin minn dak ir-raġel u jitfgħu fil-merħla qżieqeż, li, skont il-ktieb tal-Levitiku, għal-Lhud kienu annimali moqżieża. L-ispirtu ħażin u l-annimali moqżieża għal-lhud jinqerdu fil-baħar f’qabża mill-irdum.

San Mark irid juri l-qawwa ta’ Ġesù, imma fl-istess ħin iwissi dwa ril-qawwa tal-ħażin. Il-ħażin mhux dgħajjef. U l-bniedem jeħles minnu biss bil-qawwa u bl-intervent ta’ Alla. Mhux kulħadd jagħraf fil-qawwa ta’ Alla it-tajjeb. Hemm min jibża’ minnu kif fil-fatt għamlu l-Gerasin u lil Ġesù ma rieduhx jibqa’ hemm. Min iħares lejn il-qawwa ta’ Alla bħala maġija frott tas-sunperstizzjoni u mhu xtal-fidi, jibża minnha u jippreferi li titwarrab minn ħajtu.

Ir-raġel li ħeles mill-ispirtu ħażin rie dimur wara Ġesù, iżda Ġesù afdalu dak li jafda lid-dixxipli tiegħu. Mur u xandar dak kollu li Alla għamel miegħek ma’ kulħadd. Inti, m’hemmx għalfejn titbiegħed minn artek biex twassal l-aħbar it-tajba. Min għandu missjoni u min oħra. Inti ibda xandar u agħti xhieda quddiem dawk li huma ta’ ġewwa, li niftakru, ma kienux Lhud.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.