Home > Minn Fr Michael Bugeja > L-Evanġelju tas-Sibt, 3 ta’ Frar 2018

L-Evanġelju tas-Sibt, 3 ta’ Frar 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum:http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 6, 30-34

Ġesù ma jarax il-folla imma jara kull wiċċ li hemm fil-folla.

Id-dixxipli waslu lura mill-biċċa xogħol li qabbadhom Ġesù stess. Marru jippriedkaw fl-irħula u l-bliet tal-Gallilija u meta waslulura tawh rendikont ta’ kulma kien ġara; kulma kienu għamlu u għallmu. Anke jekk wasslu dak li kien qalilhom biex iwasslu u jwettqu dak li kien bagħthom u tagħhomis-setgħa biex iwettqu, id-dixxipli ħassew il-ħtieġa li l-ferħ li ġarrbu, u forsi d-diżappunti wkoll, jirrakkuntawhom lil Ġesù.

Il-ħajja tagħhom flimkien saret esperjenza ta’ komunjoni mhux materjali biss, iżda wkoll spiritwali fejn uħud ma jieklux u jorqdu biss flimkien, iżda jqiegħdu quddiem xulxin dak kollu li jġarrbu u jgħaddu minnu. Riedu jgħidulu wkoll b’sodisfazzjon, qed insiru bħalek. Ix-xewqa ta’ kull dixxiplu ġenwin hi dik li jsir jixbah kemm jista’jkun lill-imgħallem tiegħu.

Ġesù jagħraf il-ħidma tagħhom u jilqagħha bil-qalb u jħoss, għax għadda minnha hu stess li d-dixxipli kellhom il-ħtieġa li jistrieħu. Il-bżonn tal-mistrieħ huwa mportanti daqs ix-xogħol innifsu. Il-folol kienu goffi f’dak li kienu jistennew mingħandhom u lanqas ħin jieklu ma kienu jħallulhom. Immorru f’post imwarrab, fejn ma jarana ħad du ma jsibna ħadd.

Iżda anke jekk il-folla ma tkunx goffa f’dak li trid il-bżonnijiet tal-bniedem ma jieqfu qatt jagħmlu pressjoni fuqu. Għal Ġesù il-ħtieġa tat-tagħlim u tal-fejqan kellhom prijorità assoluta, anke qabel il-mistireħ tiegħu u tal-kollabaoraturi tiegħu.

Għalkemm jippruvaw jaħarbu minn nies bid-dagħajsa u jaqsmu għal x’imkien ieħor, in-nies xorta rawhom sejrin u, bil-mixi mal-kosta u forsi min bid-dgħajjes, marru u sabuhom u x’ħin niżel l-art, Ġesù sabhom ma’ wiċċu.

Malli n-nies tinduna li xi ħadd qed jaqtala l-għatx, ma tieqafx tfittxu biex tixrob b’xejn. Ħafna nies fis-setgħa jużaw dan biex jiggwadanjaw huma, iħaxxnu buthom billi jorbtu lil dawk li jfittxuhom għall-ilma magħhom, jagħmluhom ilsiera tagħhom, snin fl-ingranaġġi tal-makkinarju tas-setgħa tagħhom.

Iżda Ġesù jagħtu kashom, l-ewwel u qabel kollox għax wara kull wiċċ jara storja u għax kienu qieshom nagħaġ li ma jafux fejn sejrin, bil-għatx għat-tmexxija, għal ħila u r-riżorsi biex jaħsbu u jiddeċiedu, biex jagħrfu x’inhi l-aqwa u l-aħjar għalihom mingħajr ma jiddettalhom liġijiet u regoli; dawk kienu jafuhom, li ma kienux jafu kien x’ried Alla minnhom. Huwa dawn il-ħafna ħwejjeġ li Ġesù jgħallimhom.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: