Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 6, 36-38
Wara kontroversja sħiħa dwar l-osservanza tal-liġi f’ħafna mill-aspetti tal-ħajja, Ġesù joħroġ mill-qiegħ nett ta’ qalbu x-xewqa vera ta’ Alla. Ma kienetx xi ħaġa ġdida li qed jisimgħu. Alla, kemm-il darba minn fomm il-profeti, kien juri x-xewqa tiegħu x’inhi. Ġesù rrepetiha b’emfasi kbira. Alla, ma kulħadd iġibruħu l-istess, anke mal-ingrati u mal-midinbin.
Wara l-imħabba, anke lejn l-għedewwa, Ġesù sammar dan il-musmar sewwa. Ħennu bħalma hu ħanin Missierkom. Ħennu bħallma jħenn għalikom Missierkom u l-bqija. M’aħniex imsejħa bie xnagħixu kif jgħix kulħadd imma kif jgħħix il-Missier li m’għandux għalfejn jagħmel hekk, ħlief għal raġuni waħda; għax iħobb.
Fl-istess ħin Ġesù jemfasizza l-ispirtu soċjali tal-liġi b’mod indirett: għamel lil ħaddieħor dak li tixtieq li ħaddieħor jagħmel lilek.
Imma iktar importanti minn dan hia x-xewqa ta’ Alla li aħna nkunu bħalu; billi bejnietna l-bnedmin ikun hemm l-istess attitudni u mħabba lejn xulxin. Mhix kwistjoni ta’ kundanna jew ġudizzju, iżda kwistjoni ta’ mħabba lejn kulħadd.
Jekk għandna l-garanzija li Alla jġib ruħu magħna b’imħabba, ma jfissirx li bejnietna nistgħu inġibu ruħna kif ġie ġie, kif ħafna drabi nagħmlu, iżda biex il-garanzija titwettaq, Alla jitlob ħaġa waħda minna: li ngħixu bejnietna bl-istess mod kif jgħix hu.
Grazzi Fr Michael tal tifsiriet ta kuljum.