Home > Archbishop Emeritus Paul Cremona OP > “ĠESU’ MHUX BIŻŻEJJED? GĦALFEJN MARIJA?” (6)

“ĠESU’ MHUX BIŻŻEJJED? GĦALFEJN MARIJA?” (6)


Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Marija ħdejn is-Salib ta’ Binha Ġesu’: Ġw 19,25-27.

• Marija ma tissemmiex li kienet Ġerusalemm il-Ħamis ta’ qabel ma sallbu lil Ġesu’. Iżda tissemma il-Ġimgħa qiegħda ħdejn is-Salib. Jista’ jkun bħala don speċjali tal-Missier lejn Ibnu? Minn mindu Xmun fit-tempju qalilha u hi aċċettat li tbati flimkien ma’ Binha, hija żgur li kienet bix-xewqa li tkun ħdejn Ġesu’ meta jkun qiegħed ibati. Jista’ jkun li l-Missier b’xi mod qatagħla din ix-xewqa.

Mgr Paul Cremona OP• Il-Madonna kienet ħdejn is-Salib bħala Ommu: min jaf x’konsolazzjoni kellu meta ra l-wiċċ ta’ Ommu mimli kompassjoni, fost dawk kollha mibegħda kontrih. Iżda l-Madonna kienet hemm ukoll bħala l-ikbar dixxiplu ta’ Ġesu’. Dan ifisser li hi kienet ingħaqdet ma’ Binha u kienet qed tgħix dak il-mument bħal Ġesu’. Nimmaġinawha tingħaqad ma’ Ġesu’ meta semgħetu jgħid “Missier, f’idejk jien nerħi ruħi” u hi tgħid: “Missier jien nerħi lil Ibni f’idejk”. Hija semgħetu jgħid: “Missier, aħfrilhom għax ma jafux xinhuma jagħmlu” għal dawk li salllbuh, u hi tingħaqad ma’ Binha, bħala dixxiplu tiegħu anki f’din il-maħfra għal dawk li kienu qegħdin isallbu lil Binha: eżempju kbir ta’ maħfra.

• Il-Madonna kellha tagħmel l-istess att ta’ fidi bħal meta kellha lil Ġesu’ Bambin f’idejha għax ma setgħetx tifhem: dan hu l-Iben ta’ Alla li hemm f’idejja. Quddiem is-Salib setgħet tagħmel din id-domanda: “Kif jista’ jkun li dan l-Iben ta’ Alla u qiegħed jiġi mkasbar dawshekk?” Kellha tagħmel att ta’ fidi – il-Papa San Ġwanni Pawlu II isejjaħlu l-ikbar zwotament (mir-raġuni umana) li qatt sar.

• Minn fuq is-Salib Ġesu’ jgħid dawn il-kliem: “”Mara, hawn hu Ibnek… (u lil Ġwanni) Hawn hi ommok”. Żgur li hu ried li jieħu ħsieb ta’ Ommu bħala Binha, hi li kienet armla weħidha mingħajr tfal ħlief dak li kien fuq is-salib. Iżda kultant nagħmel din ir-riflessjoni. Kieku kont jien forsi kont nippreferi liż-żewġ nisa, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala. It-tnejn kienu jifirħu li Marija omm Ġesu’ tiġi għandhom: kienu jeħduha d-dar u tgħix fil-kwiet. Għaliex għażel lil Ġwanni? Żgur li ma stennieħx jirritorna d-dar ma’ ommu, u jinsa l-missjoni tiegħu bħala appostlu. Jista’ jkun li bagħtha għand Ġwanni biex jeħodha miegħu bħala membru tal-komunita’ li kellu jibni? Riedha tkun ‘nisranija’ membru tal-Knisja komunita’ ta’ Ġwanni. Għalhekk jixraq li nsejħulha ‘Omm il-Knisja’.

• Żgur li “ minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu”. Nistgħu nimmaġinaw lil Marija parti ta’ komunita’ Nisranija bħalma aħna aħna.. Issa lil Binha ma baqgħetx tarah fil-ġisem, iżda bil-fidi. Kienet tkun ħerqana li tisma’ dak li kien għamel Ġesu’ tul it-tliet snin li ma kenitx miegħu; kienet żgur ferħana li taqsam magħhom xi ġrajjiet li hi kellha ma’ Ġesu’ qabel ma ħareġ għall-missjoni tiegħu. U kienet tieħu sehem fl-Ewkristija. Bil-fidi tagħha, għaliex Ġesu’ fl-ewkaristija huwa preżenti tassew, kienet tħoss l-istess bħal meta kien preżenti fil-ġuf tagħha. Marija hija eżempju kbir għalina kif għandna nieħdu sehem fil-Kelma ta’ Alla u fl-Ewkaristija waqt il-Quddiesa.

  1. Leli Muscat
    March 22, 2018 at 7:44 pm

    isejjaħlu l-ikbar zwotament (mir-raġuni umana) li qatt sar……il-Kelma ‘zwotament’…..hija korretta…..u jekk iva,….xi tfisser…???? Grazzi (Leli Muscat (B’Kara)

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s

%d bloggers like this: