L-Evanġelju tal-Erbgħa 25 ta’ April 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 16:15-20

Il-Mulej kien jaħdem magħhom għax il-Mulej kien jaħdem fihom u bihom. Il-Mulej kien jaħdem magħhom għax kienu jħalluh jaħdem fihom u bihom.

Marru fid-dinja kollha u xandru l-aħbar it-tajba lill-ħolqien kollu dan hu l-ewwel kmand tiegħu u huma obdewh bla tidwir mal-lewża, bla kantunieri. L-għan ta’ Ġesù hu li l-aħabr it-tajba tasal kullimkien lil kull ma hu maħluq; ħadd ma hu eskluż, ħadd ma hu mwarrab u ħadd ma hu mkeċċi.

Ġesù jrid li tixxandar l-aħbar it-tajba lil kulħadd, iżda jrid ukoll li kulħadd jagħżel min rajh jekke jemminx jew le. Min jemmen u jiddeċiedi li jitgħammed isalva iżda min majemminx ikun ikundannat. Din mhix theddida iżda stat ta’ fatt, loġika li ma twarrabx lil min jaghżel lilu u jissieħeb miegħu għalkemm huwa u jiba’ midneb, iżda fl-istess ħin loġika li min jirrifjuta lilu u i jissieħeb miegħu għandu fuqu l-kundanna, il-kundanna li mhux miegħu, ma jgawdix lilu u dak li hu tiegħu. Diġa hemm ħjiel tat-twettiq ta’ din il-profezija fl-ewwel vers ta’ din is-silta. Mhumiex iktar it-tnax, iżda l-ħdax; wieħed mit-tnax m’għadux magħhom ma setax ikun xhud tal-glorja tiegħu huwa u jerġa lura minn fejn ġie, għand il-Missier.

Min jissieħeb miegħu huwa mżejjen b’qawwa differenti; għandu l-ħila jgħeleb id-diffikultajiet li l-ħajja tal-bniedem tgħaddih minnhom. Hija qawwa li tgħaddi mingħand Alla għal għand il-bnedmin permezz ta’ bnedmin oħra fidili lejh. Min hu fidili lejh huwa estensjoni tiegħu b’dak kollu li hu.

Ħafna jippretendu li għandhom din il-qawwa minnhom infushom u jxerrduha li hekk hu tassew. Iwarrbu lilu biex jidħlu minfloku, u hekk isiru qarrieqa li jinqdew b’dak li hu tiegħu biex jieħdu l-glorja huma. U ħafna jemmnuhom u jaqgħu fin-nasba tagħhom.

Forsi hawn min jaħseb li l-kundanna li jitkellem dwarha Ġesù hija d-dannazzjoni għal dejjem wara l-mewt, iżda nafu lkoll li min jieħu fuq dak li hu tiegħu u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, ikun qed jiġbed fuqu dak li hu l-kuntrarju ta’ Alla. Il-kundanna tibda mad-deċiżjoni li jobżqu. Jekk Alla jsieħeb lilu nnifsu bil-qawwa tiegħu ma’ dawk li jemmnuh u jissieħbu miegħu u jagħtihom li jgħelbu t-tabtija u d-diffikultajiet, dawk li ma jemmnuhx u jagħżlu toroq oħra għandhom il-qawwa li d-diffiklutajiet ikabbruhom; fhon titqawwa l-ħila li jkunu għajn ta’ taħwid u tbatija. Id-diffikultajiet mhux jgħelbuhom iżda joġolquhom. Il-qerq m’għandu qatt xaba’; irid dejjem iżjed qerq u ma jieqaf quddiem xejn u ħadd biex jilħaq dak li jrid.

Dawk li jissieħbu miegħu u hu jissieħeb magħhom huma dawk li jħarsu ’l fuq lejh sakemm ikunu miegħu għa dejjem.

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.