Simposju internazzjonali f’Ta’ Pinu dwar Marija “Omm il-Knisja”


L-Erbgħa 9 ta’ Mejju 2018: Imnebbaħ mill-għażla tal-Papa Franġisku li minn din is-sena jiddikjara l-għada ta’ Għid il-Ħamsin bħala Tifkira obbligatorja tal-Verġni Mqaddsa Marija Omm il-Knisja, is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, f’kollaborazzjoni mad-Djoċesi ta’ Għawdex, mal-Fakultà Teoloġika Pontifiċja Marianum ta’ Ruma, u mal-Assoċjazzjoni Marjoloġika Interdixxiplinari Taljana, se jorganizza Simposju Internazzjonali Marjoloġiku-Marjan bit-tema: “Omm tal-Knisja u fi ħdan il-Knisja: Bibbja – Teoloġija – Pastorali”, bejn il-Ġimgħa 1 u s-Sibt 2 ta’ Ġunju 2018.

Ta' Pinu.JPGKonxju mis-sejħa tiegħu li jkun mhux biss post ta’ liturġija u devozzjoni, imma wkoll sede ta’ formazzjoni Marjana, is-Santwarju Ta’ Pinu stieden kelliema professjonali biex jagħtu konferenzi dwar dan is-suġġett.

Is-Simposju mistenni jiftaħ il-Ġimgħa fil-5.30pm b’mument ta’ talb fis-Santwarju. Dritt wara, l-ewwel konferenza minn Padre Denis M. Kulandaisamy, President tal-Fakultà Teoloġika Pontifiċja Marianum ta’ Ruma, li fiha se jittratta “It-Testi Bibliċi dwar ‘Mater Ecclesiæ’ fil-Papiet Pawlu VI, Ġwanni Pawlu II, Benedittu XVI u Franġisku”.

L-għada s-Sibt fid-9.00am, it-tieni konferenza se jagħtiha Padre Luca Di Girolamo, Professur residenti tal-Antropoloġija teoloġika u tat-Teoloġija fundamentali fl-istess Fakultà, bit-tema “It-titlu ‘Mater Ecclesiæ’: aspetti teoloġiċi u pastorali”; waqt li fl-10.30am, Padre Salvatore M. Perrella, President tal-Assoċjazzjoni Marjoloġika Interdixxiplinari Taljana (AMI), jitkellem dwar “‘Mater Ecclesiæ’: mill-proklamazzjoni solenni (1964) għat-tifkira liturġika (2018)”.

Il-konferenzi se jingħataw bl-Ingliż u bit-Taljan fis-Sala tas-Santwarju, waqt li jkun hemm ukoll ħin għall-interventi minn dawk li jattendu, kif ukoll diskussjoni s-Sibt filgħaxija minn panel ta’ tliet kelliema dwar “Is-Santwarju Marjan: il-post tal-Laqgħa”.

Is-Simposju jagħlaq b’diskors mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, u Quddiesa ppreseduta minnu fis-Santwarju li tibda fis-6.30pm.

Ta’ min ifakkar li matul dawn il-jiem, fis-Sala tas-Santwarju Ta’ Pinu fejn sejjer jinżamm dan is-Simposju, se jkun hemm Wirja ta’ Arti Reliġjuża tal-artist Malti Daniel Scerri bl-isem ta’ Sacred Island.

Għal iktar tagħrif u biex jibbukkja, wieħed għandu jikkuntattja s-Santwarju Ta’ Pinu fuq 21556187 jew rector@tapinu.org.

Ara l-Fuljett informattiv: L-Ewwel paġna … Leaflet Page 1.jpg

Ara l-Fuljett informattiv: It-Tieni paġna …

Leaflet Page 2.jpg

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.