Aħbarijiet

Il-Korea t’Isfel: Mixja favur il-Ħajja. Le għall-abort


It-Tlieta 19 ta’ Ġunju 2018: Seoul (Agenzia Fides) – Il-Kattoliċi Koreani nedew mixja għad-difiża tal-ħajja: dan huwa l-ispirtu tal-“March for Life”  mixjali saret fit-toroq ta’ Seoul fis-16 ta’  Ġunju 16 sabiex jgħidu “le” għall-legalizzazzjoni tal-abort u jaffermaw mill-ġdid l-impenn għall-protezzjoni tal-ħajja umana fil-bidu tat-twelid tagħha.

corea_del_sud_f_0505_-_aborto.jpgIl-poplu Korean qed jistenna d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali dwar il-kostituzzjonalità tal-liġi li tipprojbixxi l-abort fil-Korea t’Isfel. Fit-tagħrif miksub minn Fides, dawk preżenti fil- “Mixja għall-Ħajja” sostnew il-legalità u l-leġittimità tal-miżura u huma qalu li kienu “lesti li jopponu r-revoka tal-projbizzjoni tal-abort” fl-ispirtu tad-difiża tal-ħajja tal-omm u t-tarbija fil-ġuf tagħha.

Meta waslu fil-Katidral ta’Seoul, id-dimostranti semgħu x’qal il-Kardinal Andrew Yeom Soo-Jung, Arċisqof ta’ Seoul, meta indirizza lill-poplu tal-Korea bil-messaġġ li fih stieden lil kulħadd biex jaċċettaw u jirrispettaw il-ħajja. Il-Kardinal Yeom qal: “Il-ħajja, li tidher hekk fraġli u insinifikanti, għandha setgħa qawwija ħafna. Aħna lkoll responssabbli għal-limiti u kondizzjonijiet soċjali li jġiegħlu lin-nisa jieħdu deċiżjonijiet irriversibbli. L-abort, madankollu, mhuwiex l-aħjar għazla, dan lanqas ma hu kwistjoni ta’ għażla, għandna nippruvaw nibnu kultura li tgħallem kif nirrispettaw u nħobbu l-ħajja lkoll flimkien “.

Il-“Mixja għall-Ħajja” huwa moviment globali pro-life, beda fis-snin 70 fl-Istati Uniti, biex jopponi l-legalizzazzjoni tal-abort u l-protezzjoni tal-ħajja fil-ġuf. Fil-Korea hemm Federazzjoni ta’ organizzazzjonijiet bil-għan li tistabbilixxi il-vera “kultura għall-ħajja”, li tenfasizza l-valur u d-dinjità tal-ħajja. Uħud mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jinsistu fuq it-tneħħija tal-projbizzjoni fuq l-abort għax din, skonthom, tmur kontra d-drittijiet ta’ awtodeterminazzjoni tan-nisa. Skont il-komunità Kattolika Koreana, it-tħassir tal-projbizzjoni tal-abort mhuwiex il-mod ġust kif ikunu irrispettati d-drittijiet tan-nisa. (PA) (Agenzia Fides 18/6/2018)

http://www.fides.org/it/news/64372-ASIA_COREA_DEL_SUD_Marcia_per_la_vita_No_alla_legalizzazione_dell_aborto

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s