Il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju 2018: Illum il-Papa Franġisku ltaqa’ mal-parteċipanti ta’ Konferenza internazjzonali fl-okkażjoni tat-tielet anniversarju mill-publikazzjoni tal-Enċiklika Laudato sì.
Biex nevitaw il-periklu reali li lil ta’ warajna nħallulhom frak, deżerti u ħmieġ, qal il-Papa, hemm bżonn ta’ azzjoni maqbula ta’ ekoliġija integrali. Din hi urġenza kbira.
Il-Qdusija Tiegħu fakkar li s-summit dwar il-klima li se jsir fil-Polonja f’Diċembru li ġej jista’ jkun fundamentali għall-pjanijiet li tfasslu fil-Ftehim ta’ Pariġi fl-2015. Nafu, osserva Franġisku, li għad fadal ħafna xi jsir biex dak miftiehem jitwettaq bis-serjetà. Il-gvenijiet kollha għadhom jagħmlu ħilithom ħalli jonoraw l-impenji li ħadu fil-laqgħa ta’ Pariġi jekk irridu nevitaw konsegwenzi gravi. It-tnaqqis tal-gassijiet jeħtieġ onestà,kuraġġ u responsabbiltà speċjalment mill-pajjiżi l-aktar b’saħħithom u li l-aktar qed jagħmlu ħsara. Ma nistgħux nitilfu aktar żmien, widdeb il-Papa.
Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija