Armoniji ta’ tradizzjonijiet aramajki, melkiti u kaldej.


Il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju 2018: Bi tħejjija għal-laqgħa ekumenika tal-Papa li se ssir għada fil-belt Taljana ta’ Bari, tħejjew tliet vidjows mill-medja tal-Vatikan li jirrakkuntaw l-imħabba lejn l-Ispirtu s-Santu, id-devozzjoni Marjana u x-xewqa tal-paċi fil-Lavnt Nofsani.

Armoniji ta’ tradizzjonijiet aramajki, melkiti u kaldej.  Mużika li ftit li xejn hemm melodiji bħalha li jfisssru bi kliem dak li tħoss il-qalb: it-talb bil-mużika.

Minn xi ġimgħat ‘l hawn, xi studenti ta’ nazzjonalità libaniża u iraqini li jistudjaw fl-Istitut Pontifiċju tal-Mużika Sagra qed jirfinaw l-esekuzzjoni ta’ innijiet li se jakkumpanjaw it-talb tal-Papa u l-Patrijarki orjentali waqt il-jum ta’ riflessjoni, kif sejjaħlu l-Papa Franġisku waqt l-Angelus ta’ nhar il-Ħadd li għadda, dwar it-tema tal-paċi fil-Lvant Nofsani.

Dawn l-innijiet minn din it-tradizzjoni se jkunu parti mill-programm wiesa ta’ kant li se jsir minn kor ta’ mitejn ruħ li tlaqqa’ għal din l-okkażjoni mill-arċidjoċesi ta’ Bari, taħt id-direzzjoni ta’ don Maurizio Lieggi.

Flimkien ma l-kant tradizzjonali lokali – bħal dak ispirat minn San Nikola – se jinstemgħu noti ta’ intensità spiritwali kbira.  Il-Kongregazzjoni tal-Knejjes Orjentali, b’kollaborazzjoni maċ-CEI (il-Konferenza Episkopali tal-Italja) għażlu tliet innijiet dedikati għall-paċi, lill-Verġni Marija u lill-Ispirtu s-Santu, bħala bażi għall-vidjows li saru mill-medja tal-Vatikan.  Dawn il-vidjows juru xeni tal-kalvarju li għaddejjin minnu l-insara fis-Sirja fuq l-isfond ta’ dawn l-innijiet.  Ix-xeni miġbuda saru b’kollaborazzjoni mal-organiżżazzjoni “Għajnuna lill-Knisja fil-Bżonn” u juru wkoll xeni fejn jidher il-Papa miġbur fit-talb.

L-innu liturġiku kaldew jitlob li jieqfu l-gwerer fid-dinja kollha.  It-titlu ta’ din is-silta mużikali hu: Jalla l-muntanji jġibu l-paċi lill-poplu tiegħek.  Dan l-innu, li tkantah swor Narjis Henti jitlob għall-għaqda ta’ ulied il-Knisja, sabiex it-talb ta’ dawk li qed jokorbu jinstama, u jtemm b’talba għall-ħniena.

Swor Narjis tkanta wkoll “Ave Regina Maria” tifħir mill-qalb bl-aramajk lil “Bint magħżula mill-Ħallieq” li quddiemha jinżlu għarkuptejohom is-salten u l-profeti.

It-tielet hu innu qasir u qawwi meħud mill-Vespri tal-Pentekoste skont it-tradizzjoni melkita, li hu b’żewġ vuċijiet u interpretat minn patri Hanna Kanaan u patri Wassim El Murr.  Hu salm gravi u solenni lis-Sultan Ċelesti li jfarraġ, u jtemm b’talba u bi stqarrija ta’ tama: “Salva, o twajjeb, ir-ruħ tagħna”.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

 

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.