L-Evanġelju tal-Ħamis 26 ta’ Lulju 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 13, 10-17

Il-bniedem waħdu jirrejalizza li jkun hemm drabi li jisma dak li jrid jisma u jwarrab il-bqija; jinduna li moħħu hu magħluq għal dak kollu li ma jridx jisma. U hemm jibda l-inkwiet mhux biss għax jeħel fil-mixja tal-ħajja, iżda għax dak li jrid jisma jaħseb li hi il-verità waħdanija u jmeri il-bqija għax iqisu gidba jew illużjoni.

Ġesù jistedinna biex nisimgħu b’widnejna u naraw b’għajnejna u nifhmu b’qalbna bie xikun jista’ jfejjaq il-vojt f’ruħna u nilqgħu f’ħajjitna dak li hu moħbi minngħajnejn il-bnedmin, dak li Alla biss jista’ jgħarraf.

Il-parabboli joqorsuna fil-laħam il-ħaj biex jisfidawna nqumu mill-għażż tagħna u nqumu fuq saqajna biex infittxu iktar ’il ġewwa fil-qalba tal-ħajja tagħna, iktar u iktar illum meta aħna mgħarrqin fit-tagħrif, minnu u mhux, xbiehat veri u mbabsin li jħalluna nimirħu fu qil-qoxra ta’ dak li hi l-ħajja vera. Nistgħu inkunu tassew hienja jekk napprezzaw il-preżenza ta’ Ġesù fina u madwarna, b’mod speċjali fejn hemm it-tbatija u l-ħtieġa

Ġesù jitkellem bil-parabboli biex dak li jrid iwasslilna jnissel l-għeruq tiegħu fina. Huma dawn l-għeruq li jgħinuna nsiru nafuh u napprezzaw il-messaġġ tiegħu minflok neħduha kontrih. Ġesù jittama dejjem li nilqgħu il-kelma tiegħu u nagħmluha tagħna. Din it-tama ma jitlifha qatt. Għalhekk hu meħtieġ li bħad-dixxipli, fejn ma nifhmux, nistaqsuh, nitkellmu miegħu. Hu ma jwarrabniex, ma jwarrab lil ħadd għax jaf li meta naħsbuha kif jaħseb hu biss li nistgħu niksbu l’hena li ngħaddu ħajjitna kollha nfitxxu.

Ma jaqtax qalbu mit-tama fina għax hu jaf li jista’ jiġi mifhum ħażin. Ma jitmagħniex kollox bl-imgħarfa, kif kultant nippretendu li għandu jagħmel. Filwaqt li hu jagħtina l-qawwa biex nagħmlu deċiżjonijiet tajba fil-ħin tat-tfixkil, aħna ħsiebna biex inkunu skansati mit-tfixkil, mentalità li tirrifletti tagħna fl-għażż fil-konverżjoni.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.