Il-Ħadd 26 ta’ Awwissu 1978: Bħal-lum 40 sena ilu kien ġie elett bħala Papa, il-Kardinal Albino Luciani li bħala suċċessur tal-Papiet Ġwanni XXIII u Pawlu VI kien ħa għalih innifsu l-isem ta’ Ġwanni Pawlu.
Imma kien biss 33 jum wara, eżattament fit-28 ta’ Settembru, li l-Knisja Kattolika inħasdet meta tħabbret il-mewt ta’ dan il-Papa tat-tbissima.
Biex infakkru lil Papa Ġwanni Pawlu I, fil-Laikos qegħdin nippublikaw bil-Malti l-erba’ katekeżijiet li huwa għamel tul il-Pontifikat tiegħu … dwar l-Umiltà, dwar il-Fidi, dwar it-Tama u dwar il-Karità.