L-Evanġelju tat-Tnejn 27 t’Awwissu 2018


Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mt 23, 13-22

Wasalna biex intemmu l-istaġun tal-festi u magħhom kull nitfa armar li tagħmel il-knejjes tagħna vetrina tal-isbaħ oġġetti ta’ arti, ħafna minnhom prezzjużi tintrefa’ fl-imħażen, fl-armarji jew fil-kxaxen. Kollox jinjtrefa’ biex, jekk Alla jrid, is-sena d-dieħla jerġa jinħareġ biex jiqtiegħed, ċentimetru b’ċentimetru, eżatt fejn kien armat dis-sena. Ovvjament, għalkemm aħn angħidu li minn dejjem hekk kien isir, dan m’hu minnu xejn. Minn dejjem hu Alla waħdu, u kull ma naraw illum xi darba kellu bidu, u fejn jitqiegħed illum xi darba xi ħadd beda jqiegħdu. Kull oġġett li naraw fil-knejjes kellu l-għan li jaqdi skop, iżda llum donnu saru skop fihom infushom.

Donna nehdew nibdlu l-valur ta’ kollox u xi raġuni dejjem insibum anke jekk fil-fond ta’ qalbna nafu lkoll kemm aħna lil-valur jeżisti għax jingħata u ħafna drabi l-valur ta’ oġġett jinkiseb minħabba l-iskop tiegħu jew mir-rabta li għandu mad-divin. Għalina li nemmnu, jekk dik ir-rabta mad-divin tintemm, il-valur tal-oġġett għalina jonqos. Il-valur artistiku jew ekonomiku jibqa’, iżda l-valur veru tiegħu għalina joqnos qatigħ. X’inhu l-aqwa? Id-deheb jew is-santwarju li jqaddes id-deheb?

Il-prijorità fil-valur ma nagħtuhiex aħna iżda jagħtiha Alla nnifsu. Inutli li jkollna knejjes armati sa sninhom, b’kull rokna mżejna ma tafx fejntaqbad tħares jekk min jgħix fit-tabernaklu jkun injorat, jekk il-ġemgħa sparpaljata, jekk min hu resposnabbli ta’ dan kollu jagħlaq il-bieb tas-sema għalih innifsu u jħalli miegħu lil ħaddieħor barra wkoll.

Ħażin għalina għax boloh u għomja meta nogħxew nehdew nagħmlu dak li jidher minn barra bl-isbaħ u bl-aqwa mod li jogħġob lilna u mbagħad inwarrbu dak li hu veru u tajjeb. Ħażin għalina għax boloh meta naħsbu li nistgħu nitfgħu dallami fuq ir-relazzjonijiet miksura ta’ bejnietna, l-offiżi u l-insulti ovvji mxerrda mal-erbat irjieħ tad-dinja waqt li nawguraw il-festi t-tajba lil xulxin. Ħażin għalina għax boloh u għomja meta ninjoraw il-krib ta’ min hu vittma u fl-istess ħin inwarrbu lil min jivvittimiżża u jabbuża u fuqu nitfgħu il-ħtijiet kollettivi tagħna li noħolqu klima fejn l-abbuż u tollerat u ġieli anke eżaltat.

Meta narmu dak li hu ta’ Alla biex nibnu dak li hu tagħna jkollna tempji fejn dak li hu ħażin jidehr li hu tajjeb u t-tajjeb jiġi mpġenġi bħala abbuż mill-libertà tal-bniedem, tempji vojta fejn kollox hu permess, fejn kollox huwa dritt anke li toffendi u tqarraq. Inutli ngergru u nikkundannaw bl-aħrax dak li fil-ħajja ta’ ħaddieħor, skont aħna huwa mmorali u nġust, filwaqt li aħna stess ma niddejqu xejn, anzi niftaħru, meta nqarrqu u nabbużaw skont kif jaqbel lilna. Min hu fidili fil-ftit hu fidili fil-ħafna u min mhux fidil fil-ftit lanqas hi fidil fil-ħafna.

Dak lio jiġri madwarna ma jiġix mix-xejn, l-ewwel ma jkun seħħ huwa fina; meta mbagħad dak li jseħħ fina joħroġ barra minna imbagħad isir id-dnub kollettiv tas-soċjetà fejn minflok ngħinu lil xulxin biex nitilgu fil-wiċċ, inkomplu niġbdu lil xulxin ’l isfel biex ngħerqu.

Huwa Alla li jqaddes is-santwarju u dak li hemm ġo fih. Jekk Alla mkeċċi mis-santwarju, is-santwarju huwa fdal arkeoloġiku li Alla m’għandux bżonn u li għalina m’għandu ebda skop.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.