Il-Persekuzzjoni Reliġjuża fl-Asja tkompli tiħrax


Il-libertajiet reliġjużi qed ikomplu jitnaqqru fl-Asja filwaqt li qed jiżdied il-fundamentaliżmu reliġjuż. Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li din it-twissija għamilha r-rapporteur speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-libertà reliġjuża.

1476331897.jpg
“Tistgħu taħarqulna l-knejjes tagħna, imma l-fidi tagħna ma tonqosx.”

“Il-libertà reliġjuża qed tinkiser kontinwament f’parti kbira mill-Asja” qal Ahmad Shadeed. “B’mod ġenerali, id-drittijiet umani fl-Asja sejrin lura.” Shadeed semma l-eżempju taċ-Ċina u l-Vjetnam fejn dawk li jemmnu qed ikunu kontinwament persegwitati. Hu semma wkoll pajjiżi bħal Myanmar u l-Pakistan fejn il-minoritajiet reliġjużi qed ikunu diskriminati u huma vittma ta’ attakki vjolenti.

 

Fi Myanmar, pajjiż bi predominanza Buddista, eluf ta’ Musulmani Rohingya kienu mġiegħla mill-militar li jaħarbu lejn il-Bangladesh f’dik li osservaturi barranin iqisu bħala tindif etniku fuq skala kbira.

Fl-istess ħin, fil-Pakistan fejn il-maġġoranza tan-nies huma Musulmani, il-Kristjani u l-Ahmadis (setta żgħira Islamika) kontinwament qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni u esklużjoni soċjali, politika u ekonomika.

Dawn il-każi ta’ diskriminazzjoni kontra minoritajiet reliġjużi, għar-rapporteur tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jwaqqafna biex nieqfu u nirriflettu dwar dak li qed iseħħ f’din il-parti tad-dinja.

L-espert tan-Nazzjonijiet Uniti nnota li l-ksur tal-libertajiet reliġjużi qatt ma jiħru f’vacuum. Ħafna drabi jkunu akkumpanjati ta’ ksur ta’ drittijiet fundamentali oħra, bħalma hi l-libertà tal-kelma.

Gruppi estremisti u l-awtoritajiet tal-Istat, spiss jużaw it-twemmin u l-prattiċi reliġjużi bħala pretest biex inaqqru l-libertà tal-espresjoni billi jintroduċu liġijiet dwar id-dagħa.

“Jekk l-Istat ma jħallikx temmen dak li trid temmen, allura anqas iħallik tgħid dak li tixtieq tigħid,” qal Ahmad Shadeed.

“Id-dover tal-Istat hu li jiggarantixxi b’mod imparzjali id-drittijiet reliġjużi ta’ kulħadd, hu x’inhu dak li jemmnu. Ma għandu jkun hemm ebda theddid la mill-istat u anqas minn gruppi bażati fuq xi twemmin.”

Hu enfasizza wkoll li l-libertà reliġjuża għandha tkun applikata bl-istess mod lil dawk li ma jemmnu f’xejn, inkluż atei. “Il-libertà reliġjuża tinkludi wkoll il-libertà mir-reliġjon – jiġifieri wieħed għandu jkun liberu li ma jħaddan ebda reliġjon. Il-bniedem għandu jkollu dritt jemmen dak li jrid jew ma jemmen xejn”.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.