Dun George Schembri kappillan ġdid tal-Imġarr.


It-Tnejn 10 ta’ Settembru 2018: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun George J. Schembri bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Marija, l-Imġarr.

94-dun-george-j-schembri.jpgDun George Schembri twieled fit-8 ta’ Frar 1985 u rċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola Stella Maris f’Ħal Balzan u fl-iskola St Elizabeth f’Tas-Sliema, l-edukazzjoni sekondarja fil-Liceo Dun Ġużepp Zammit (Brighella) il-Ħamrun, u l-edukazzjoni post-sekondarja f’Giovanni Curmi Higher Secondary, in-Naxxar. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 2012.

Dun George beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala viċi kappillan fil-Parroċċa tal-Imqabba, viċi arċipriet fil-Parroċċa taż-Żurrieq kif ukoll viċi kappillan fil-Parroċċa tal-Imġarr. Huwa serva wkoll bħala religious counsellor f’diversi skejjel statali. Il-Parroċċa tal-Imġarr tiġbor fiha madwar 3,900 persuna f’1,300 familja.

 

Author: laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.