Kanonizzazzjoni tal-Papa Pawlu VI u l-Isqof Oscar Romero

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ġimgħa 12 ta’ Ottubru 2018:  Nhar il-Ħadd li ġej, 14 ta’ Ottubru, il-Papa Franġisku ser jiddikjara żewġ qaddisin ġodda tal-Knisja Kattolika.  Wieħed minnhom huwa il-Papa Pawlu VIli bosta jafuh bħala l-Papa li kompla u ġab fi tmiemu il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II wara l-mewt tal-Papa Ġwanni XXIII.  L-ieħor huwa l-Arċisqof Oscar Romero ta’ San Salvador fl-Amerika Ċentrali u li kien ġie assassinat fuq l-artal stess waqt li kien qed iqaddes.

Fil-ġimgħat li għaddew fuq is-sit, www.laikos.org diġà tellajna għadd ta’ tagħrif kemm awdjo u kemm vidjo dwar il-Papa Pawlu VI.

Illum qegħdin nippublikaw ukoll filmat qasir dwar l-aħħar priedka ta’ dan il-martri tal-foqra u l-assasinju tiegħu.

Segwi l-kanonizzazzjoni dirett mill-Vatikan fuq il-Laikos, il-Ħadd 14 ta’ Ottubru 2018 fl-10.15 am.   … klikkja hawn

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading