Avvent ma’ Marija – It-Tielet Ġimgħa – L-Erbgħa


XEJN

“Duqu u taraw”. – Salm 34:9

48168197_1067547370091213_3566053415349911552_nFiż-żminijiet tal-qedem, il-vjaġġ ta’ disgħin mil minn Nazaret għal Betlehem kien jieħu xi ġimgħa u nofs. Hekk kif kull ġurnata tintemm u l-jum ta’ għada jsir illum, Marija u Ġużeppi għandhom inqas u inqas x’jagħtu. Donnu ma jdumx ma jifdlilhom xejn x’jagħtu.

Spiss, meta tkun tajt kollox, tħossok bħallikieku ma fadallek xejn iżjed x’toffri. Taf tħossok hekk meta tkun iġġelidt bil-qawwa kollha biex issaħħaħ iż-żwieġ tiegħek, imma tħoss li int l-uniku wieħed li qed tiġġieled għalih. Taf tħossok hekk f’relazzjonijiet imkissra, bħallikieku int kont l-uniku wieħed li rsistejt għar-rikonċiljazzjoni u l-maħfra. Tista’ tħossok hekk ma’ persuni, ċirkustanzi, u anki mal-ħajja nfisha.

Ħafna minna f’dan iż-żmien tas-sena jista’ jkun li nħossuna li ma fadlilna xejn x’nagħtu, forsi anki ma’ dawk l-istess nies li se niltaqgħu magħhom fiċ-ċelebrazzjonijiet festivi. Dan iż-żmien tas-sena jista’ jġibna f’kuntatt ma’ nies li narawhom biss darba fis-sena. Fil-każ ta’ xi wħud minnhom, ma rridux wisq biex niftakru għaliex narawhom biss darba f’sena. Forsi ppruvajna u ppruvajna u ma fadlilna xejn x’nagħtu.

Il-mistoqsija hi: X’se nagħmlu meta ma jifdlilniex iżjed x’nagħtu? Forsi Alla talabna nagħtu kollox. Meta ma jifdlilniex x’nagħtu iżjed, x’se nagħmlu? Hemm, meta ma jifdlilna xejn iżjed x’nagħtu, l-unika tweġiba tagħna tkun li nċedu. Ilbieraħ tlabna bir-realtà li nistgħu niġu mitluba nagħtu kollox. Illum nagħrfu li jekk nagħmlu hekk, nafu nħossuna bħallikieku ma fadlilna xejn x’nagħtu. Huwa hemm li niskopru l-verità ta’ min hu Alla. Alla hu dejjem magħna.

Dak li tgħallimna Marija matul l-Avvent hu kif għandna nirċievu. Hi laqgħet lil Alla fit-Tħabbira, tant li fil-verità nisslet lil Alla fil-ġuf tagħha! Marija tgħallimna kif għandna ngħixu; tgħallimna kif għandna nilqgħu lil Alla.

Alla dejjem irid imexxina, iberikna, isawwab imħabbtu fuqna. Meta nkunu tajna kollox, inkunu iżjed disposti biex nirċievu kollox mingħandu. Meta ma jifdlilna xejn x’nagħtu, spiss ma jifdilna xejn xi jżommna milli nilqgħuh.

Meta tħossok qisek ma fadallek xejn x’tagħti, ieqaf ipprova. Ieqaf ipprova agħti minn dak li m’għandekx. Ħalli lil Alla jagħtih permezz tiegħek; ħalli lil Alla jagħtihulek. Meta ma jifdallek xejn x’tagħti fiż-żwieġ tiegħek jew fil-familja tiegħek jew fir-relazzjonijiet imkissra, Alla jista’ jagħtik dak li teħtieġ, u permezz tat-tweġiba tiegħek jagħti lil dawk ir-relazzjonijiet dak li tant jeħtieġu.

Qatta’ xi ħin ma’ Marija llum u għidilha turik kif Alla berikha meta ma kien fadlilha xejn iżjed x’tagħti.

Għat-talb tiegħek
Marija żgur kienet titlob bis-Salm 34. Ħejji t-talba immaġinattiva tiegħek billi taqra bil-mod is-Salm 34. Ħaddem is-sensi spiritwali tiegħek u itlob bl-immaġinazzjoni tiegħek flimkien ma’ Marija f’Luqa 2:3. Imbagħad, għid din it-talba:

“Missier, nixtieq nifhem kemm int tixtieqni. Inħallik teħodni fejn trid int biex jien nista’ nagħtik kollox”.

Xi kliem laqtek l-iżjed int u titlob?
X’kien li ħassejt jiċċaqlaq fil-qalb tiegħek?

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.