Il-Papa Franġisku ser iżur il-post fejn twieldet Madre Tereża


L-Erbgħa 19 ta’ Diċembru 2018: Il-Vatikan ħabbar li l-Papa Franġisku se jagħmel vjaġġ fil-Bulgarija u l-Maċedonja f’Mejju li ġej b’waqfa bil-belt ta’ Skopje, il-belt fejn twieldet Madre Tereża.

fp1.jpgIl-Papa se jqatta’ l-biċċa l-kbira tal-vjaġġ tiegħu fil-bliet Bulgari ta’ Sofia u Rakovski qabel ma jżur Skopje.

Għalkemm Madre Tereża hija spiss assoċjata mal-belt ta’ Kalcutta fl-Indja hija qattgħet l-ewwel 17-il sena ta’ ħajjitha bħala Agnes Gonxha Bojaxhiu fi Skopje, il-Maċedonja qabel ma rċeviet is-sejħa għall-vokazzjoni bħala soru missjunarja fl-1928.

Il-Mother Teresa Memorial House fi Skopje huwa mużew fejn kienet id-dar ta’ din il-qaddisa u sa mill-2009 laqa’ viżitaturi li xtaqu jitgħallmu dwar Santa Tereża u jqimu r-relikwja tagħha.

Il-Papa Franġisku se jkun it-tieni Papa li se jżur il-Bulgarija wara Ġwanni Pawlu II li kien żar il-pajjiż fl-2002.

Il-motto għal din iż-żjara tal-Papa fil-Bulgarija huwa “Pacem in Terris,” li huwa l-isem tal-enċiklika ta’ San Ġwann XXIII tal-1963. Qabel sar Papa , San Ġwann XXIII kien l-ewwel viżitatur appostoliku u mbagħad delegat appostoliku għall-Bulgarija mill-1925 sal-1931.

Skont tagħrif mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti, il-Kattoliċi tal-Bulgarija jagħmlu biss 0.8% tal-popolazzjoni tal-pajjiż. 76% tal-Bulgari huma Nsara Ortodossi tal-Lvant l-aktar fil-Knisja Ortodossa Bulgara. It-tieni l-akbar grupp reliġjuż fil-pajjiż huma Musulmani li jagħmlu 10% tal-popolazzjoni.

Fil-Maċedonja, madwar 65% tal-popolazzjoni huma Nsara Ortodossi u 33% huma Musulmani. Il-Vatikan ikkonferma li l-Papa Franġisku se jżur ukoll il-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Marokk fl-2019.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.