ĠESÙ HUWA L-IBEN TA’ ALLA


10. It-Tlieta wara t-Tieni Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Ħadd ma tela’ s-sema ħlief dak li niżel mis-sema, Bin il-bniedem (Ġw 3,13).

Din is-silta hija meħuda mill-Evanġelju ta’ San Ġwann fid-diskursata li kellu bil-lejl ma’ Nikodemu.

F’dan il-kliem ta’ Ġesù nsibu kemm il-moviment axxendenti u kemm il-moviment dixxendenti. Jiġifieri naraw li Ġesù jħabbar li ser jitla’ fis-Sema (moviment axxendenti) u li huwa ġie mis-Sema (moviment dixxendenti).

Hawnhekk naraw li Ġesù huwa Bin il-bniedem, espressjoni li turi d-divinità u l-umanità tiegħu u li ser jiġi mgħolli fis-Sema. Dan ġara permezz tal-qawmien tiegħu mill-mewt u wara erbgħin jum ma baqax juri aktar ruħu lill-Appostli iżda tela’ s-Sema. Ġesù mela huwa Bin Alla għax ġie m’għand Alla l-Missier, u sar Bin il-Bniedem, għax f’ “kollox bħalna minbarra d-dnub”

Aħna għandna ġisem u ruħ maħluqa minn Alla u permezz tal-magħmudija sirna wlied Alla. U jekk ngħixu skont il-valuri ta’ ħajja li Ġesù ppridkalna tmissna x-xorti li għad nitgħollew fil-glorja bħalu. Ma jfissirx li matul ħajjitna Alla mhu ser jibgħatilna l-ebda salib u kollox ser ikun ward u żahar. Iżda min jgħix il-ħajja Nisranija ser isib il-paċi, li hija l-istess paċi li Kristu Rxuxtat ta lill-Appostli, kif fissirna nhar il-Ħamis li għadda (Nru 5).

Iżda l-wegħda hija aktar. Min imut fil-grazzja, isalva ruħu u fl-aħħar jum hemm salvazzjoni għall-ġisem ukoll billi dan għad iqum glorjuż. Min jgħix tajjeb għad igawdi dan, grazzi għar-rebħa ta’ Kristu fuq il-mewt u d-dnub.

Permezz tal-qawmien u t-tlugħ tiegħu fis-sema, Ġesù ma għamilx rebħa biss għalih innifsu iżda wkoll għalina. Rebaħ Hu, nirbħu aħna bih, fih, u miegħu!

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.