IL-ĦAJJA FI KRISTU


18. L-Erbgħa wara t-Tielet Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Għax ir-rieda ta’ Missieri hija din: li kull min jara l-Iben u jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem u li jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum (Ġw 6, 40).

Dan il-vers huwa meħud mill-Kapitlu VI tal-Evanġelju ta’ San Ġwann fejn jirrakkonta l-miraklu tat-tkattir tal-ħobż. Huwa kapitlu għani fil-ħsieb teoloġiku u mhux sempliċi storja.

F’dan il-vers Ġesù jgħidilna li r-rieda tal-Missier hija li nemmnu fih u naċċettawh f’ħajjitna. Billi Ġesù huwa l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem, min jimxi warajh avolja jġorr it-toqol tas-salib, mhuwiex tellief. Min jippersevera sal-aħħar jikseb il-ħajja ta’ dejjem jiġifieri li jgawdi lil Alla wiċċ imb wiċċ wara mewtu.

Ġesù ma jwegħdniex biss il-ġenna wara l-mewt iżda l-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum. Dan ifisser li għad inqumu b’ġisem glorjuż. Veru li jekk il-bniedem imur il-ġenna jkun kiseb is-salvazzjoni iżda, bħalma nistqarru fil-kredu, aħna nistennew il-qawma mill-imwiet. U hekk il-wegħda ta’ Ġesù mhijiex għar-ruħ biss, iżda għall- ġisem ukoll.

Hekk fi Kristu l-mewt titlef il-kruha tagħha li ġġib fi tmiem il-ħajja tal-bniedem fid-dinja u hekk ma’ San Pawl nistgħu ngħidu: “Inbelgħet il-mewt fir-rebħa. Fejn hi, ja mewt ir-rebħa tiegħek? Fejn hi, ja mewt, in-niggieża tiegħek?” (Rum 54-55).

L-Ewkaristija hija l-ikel li jwassalna kemm għal ġenna u kemm għall-qawmien mill-ġisem. Ġesù stess f’dan il-kapitlu jgħidilna: “Jien hu l-ħobż ħaj li niżel mis-sema, min jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem; u l-ħobż li jien nagħti, hu ġismi għall-ħajja tad-dinja” (Ġw 6, 51).

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.