Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fil-parroċċa ta’ Ħal Għargħur


Il-Ħamis, 30 Mejju 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ser jibda l-viżta pastorali fil-parroċċa ta’ San Bartilmew f’Ħal Għargħur, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u l-ġenituri tagħhom u l-katekisti, mal-operaturi pastorali u mal-komunità tal-patrijiet u s-sorijiet Franġiskani. L_Isqof se jbierek ukoll għand xi familji bħala parti mill-programm tal-parroċċa għat-tberik tal-Għid. Il-Viżta Pastorali tintemm il-Ħadd, 2 ta’ Ġunju 2019.

Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ tal-Isqof Galea-Curmi lill-parruċċani ta’ Ħal Għargħur.

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti