Fil-Qrati Maltin: Maġistrat jikkwota poeżija ta’ Madre Tereża

Print Friendly, PDF & Email

Ġurnal lokali rrapporta l-istagħġib tal-avukati hekk kif il-Maġistrat Joe Mifsud ikkwota poeżija ta’ Madre Tereża waqt l-għoti ta’ sentenza ħabs. Il-każ huwa ta’ raġel li ħebb għal pulizija mara u li huwa reċidiv.

magistrat-joe-mifsud.jpgMinbarra li ta sentenza twila fejn iddikjara li l-vjolenza kontra pulizija qatt ma hi skużabbli, il-maġistrat imbagħad għadda biex qara poeżija ta’ Madre Tereża dwar il-ħajja. Din il-poeżija hija riflessjoni dwar il-ħajja u t-taħbit li l-bniedem jiffaċċja ta’ kuljum. Huwa ħeġġeġ lill-akkużat biex jaqbad it-triq it-tajba u ma jibqax jabbuża mid-droga.

Il-ġurnal kompla jirrapporta li l-Maġistrat Mifsud huwa bniedem reliġjuż u li spiss jikkwota lill-Papa u qaddisin fis-seduti tiegħu.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

%d bloggers like this: