Caritas: Kulħadd għandu dritt għal dħul adegwat u ħajja diċenti


Fi stqarrija, Caritas Malta sostniet li kulħadd għandu dritt għal dħul adekwat biex jgħix ħajja diċenti.

jonathan-brinkhorst-6tg_libojok-unsplash.156559575582.jpg

Skont l-aħħar ċifri li ħareġ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika:

fl-2018 kien hemm 78,685 (16.8%) persuna li qed tgħix b’€8,868 fis-sena; dan ikkumparat ma’ 75,516 (16.7%) żieda ta’ 3,169 persuna mis-sena preċedenti
fl-2018 kien hemm 16,241 (3.5%) persuna li qed tgħix biss b’€5,912 fis-sena, dan ikkumparat ma’ 12,800 (2.8%) żieda ta’ 3,441 persuna mis-sena preċedenti
in-nisa jibqgħu l-ogħla fil-kategorija f’riskju ta’ faqar, b’mod speċjali nisa li huma single parents u l-anzjani.

L-għajnuna bħal mediċina u childcare bla ħlas, it-trasport li hu b’xejn u numru ta’ għajnuniet indiretti oħra huma mmirati biex itaffu mill-piż ta’ dawk li huma l-iktar vulnerabbli, u jevitaw li persuna taqa’ f’faqar sever. Madankollu, id-distakk bejn dawk bi dħul baxx u dawk bi dħul ogħli jidher li qed jikber hekk kif tixhed l-istatistika t’hawn fuq. Dħul adegwat hu neċessarju biex persuna tista’ tgħix ħajja diċenti. Wisq aktar meta din il-persuna għandha familja fir-responsabbiltà tagħha.

Fl-isfond ta’ ekonomija li rat tkabbir fl-aħħar snin ta’ iktar minn 6%, Malta qed tara diversi persuni li ekonomikament sejrin tajjeb. Min naħa l-oħra, dawk li jinsabu fil-kategoriji l-iktar baxxi, qed isibu ruħhom f’sitwazzjonijiet iktar diffiċli biex ilaħħqu ma’ dan il-progress.

Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.