Kondoljanzi mill-Papa għall-vittmi tal-għargħar fl-Indja


Il-Papa Franġisku esprima l-kondoljanzi tiegħu għall-vittmi tal-għargħar qawwi li ħakem in-Nofsinhar tal-Indja wara jiem ta’ xita torrenzjali. Mill-inqas 184 ruħ tilfu ħajjithom u aktar minn erba’ mitt elf tilfu djarhom.

indiaIl-Papa offra talb għal dawk kollha li qed jagħtu l-għajnuna sabiex ikunu mbierka bil-qawwa u l-perseveranza.

Is-sitwazzjoni f’Kerala hija l-agħar għax hemmhekk kien hemm l-aktar vittmi filwaqt li f’Karnataka aktar minn nofs miljun ruħ ġew evakwati lejn żoni aktar siguri.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija