Il-Papa Franġisku b’ħarstu lejn l-Asja wkoll


Il-Papa Franġisku se jżur il-Ġappun f’Novembru ta’ din is-sena u jista’ jkun li jżur ukoll it- Tajlandja. Ftit huma l-Kattoliċi  f’dawn iż-żewġ pajjiżi – madwar ħamsa fil-mija – għaliex il-maġġoranza huma Buddisti. Il-Papa kien mistieden ukoll biex jerġa’ jżur il-Filippini, fl-2021, it-tielet l-akbar pajjiż Kattoliku wara l-Brażil u l-Messiku. Il-Papa kien żar il-Filippini fl-2015 fejn, fil-Quddiesa tal-għeluq kien hemm attendenza ta’ sitt miljun persuna.

https://www.interris.it/religioni/ufficiale–papa-francesco-va-in-giappone

Rapport minn Joe Galea