Min fejn ġej l-isem ta’ “Lourdes”


Lourdes ħadet isimha u l-‘coat-of-arms’ tagħha minn żmien Karlumanju. Wieħed Seraċin, Mourad, kien ħataf din il-belt u wara ġie assedjat mill-armata tal-imperatur fis-778. Jum minnhom, ajkla ttajret fuq is-swar tal-belt u ħalliet taqa’ minn ħalqha trota kbira (ħuta tax-xmajjar). Mourad ma kielx il-ħuta imma tefagħha ‘l barra mis-swar lejn it-truppi ta’ Karlumanju.

Lourdes_grottaKarlumanju ħaseb li s-Seraċini kellhom ħafna x’jieklu, hekk li l-assedju seta’ jdum ħafna żmien u ddeċieda li jħalli l-kamp. Imma Turpin, l-isqof ta’ Puy-en-Velay, talab lil Mourad li jsir ftehim: jista’ jitlaq il-belt billi jċedi l-armi mhux lill-armata ta’ Karlumanju imma lill-Verġni s-Sewda ta’ Puy-en-Velay. Mourad, li kien fit-tarf li l-armata tmut bil-guħ u li kien jaf min kienet Marija, aċċetta u ddeċieda li jagħti lill-belt li kien okkupa l-isem ta‘ ’El-Ouarda‘ (il-warda, bl-Għarbi) b’unur lill-Vergni tal-Ward. Fid-dialett tal-post, Lourdes isejħulha Lorda.

Rapport minn Joe Borg

Tagħrif  interessanti għal dawk li ser iżuru, jew diġà żaru Lourdes.  Għal dawk li jixtiequ, imma ma jistgux imorru, allura jistgħu isegwu live dak li jkun qed jiġri fil-grotta mbieraka minn din il-paġna tal-Laikos … http://www.laikos.org/VOD/tvl-lourdes-channel.htm