Il-Papa jirrakonta ġrajja ta’ tfulitu

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa  iltaqa’ wkoll mal-istudenti żgħażagħ membri ta’ Scholas Occurrentes, u rrakkontalhom ġrajja minn tfulithu. Din kienet żjara privata u mhux imniżżla fl-aġenda ta’ laqgħat li kellu l-Papa. Huwa nnota li t-tfal u ż-żgħażagħ spiss jilgħabu l-ballun fuq il-bajjiet sbieħ tal-Mozambique bi blalen taċ-ċraret.

fr1Huwa wkoll meta kien żgħir jiftakru jilgħab ma’ sħabu bi blalen taċ-ċraret għax il-blalen tal-ġilda kienu għaljin wisq. Il-balllun taċ-ċarruta kien sar simbolu soċjali tant li poeta magħruf Arġentin saħansitra kiteb poeżija dwaru. Huwa fakkar liż-żgħażagħ li l-isport u x-xogħol jimxu id f’id u faħħar l-isport amatorjali, ix-xogħol li jinvolvi u l-ferħ li jġib miegħu.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

%d bloggers like this: