L-ACN bi 850 proġett fis-Sirja

Print Friendly, PDF & Email

Sa mill-2011 sal-lum, l-Aid to the Church in Need (ACN) iffinanzjat 850 proġett fis-Sirja. Dawn huma ta’ għajnuna għal 127,000 familja, li jinkludu orfni, minorenni, u morda. Bl-appoġġ ta’ benefatturi, madwar 46,000 tifel u tifla, żgħażagħ u studenti qed jibbenefikaw ukoll minn dawn il-proġetti, li qed jipprovdu għajnuna ta’ emerġenza, kura pastorali, u appoġġ għall-għajxien tal-insara fis-Sirja.

acn.jpgIt-tieni parti tal-kampanja bl-isem ta’ “Console My People” (Is 40: 1) għall-Insara Sirjani organizzata mill-ACN mal-Knejjes Kattoliċi u Ortodossi fis-Sirja għal familji li l-għeżież tagħhom inħatfu jew inqatlu matul it-tmien snin ta’ kunflitt, bdiet fil-15 ta’ Settembru 2019 bil-barka tal-ikona tal-Verġni Marija, Omm tad-Duluri u Konsolatriċi tal-Poplu Sirjan, mill-Papa Franġisku f’Casa Santa Marta fil-Vatikan.

Aktar … https://www.acnmalta.org/2019/09/19/acn-assists-127000-families-in-syrian-conflict/

Rapport mill-ACN, Malta

%d bloggers like this: