Minn 35,000 twelid ebda omm ma tilfet ħajjitha


Doctors for Life jippubblikaw l-ewwel position paper tagħhom dwar infezzjonijiet serji li jseħħu f’nofs it-tqala 28 ta’ Settembru 2019.

Tobba jikkonfermaw li fl-aħħar disa’ snin twieldu ‘l fuq minn 35,000 tarbija: l-ebda omm ma titlef ħajjitha fit-tqala jew fil-ħlas Jippublikaw il-pożizzjoni tagħhom dwar infezzjonijiet serji li jseħħu f’nofs it-tqala.

doctors for lifeIl-grupp Doctors for Life għandu fiduċja sħiħa fil-kwalita’ għolja ta’ kura li qed tingħata lin-nisa f’Malta, kemm waqt kif ukoll wara t-tqala. Xhieda ta’ dan huwa l-fatt li fl-aħħar disa’ snin twieldu ‘l fuq minn 35,000 tarbija u l-ebda omm ma’ tilfet ħajjitha fil-proċess.

Jeżistu, madankollu, sitwazzjonijiet komplessi u li għalhekk iqanqlu problemi mediċi u etiċi li jkunu jridu jiġu iċċarati b’mod ċar u sensittiv. Għaldaqstant, fix-xhur li ġejjin il-grupp Doctors for Life se jkun qed jippublika numru ta’ position papers ibbażati fuq evidenza xjentifika, bl-għan li joffru stampa iktar ċara ta’ dawn is-sitwazzjonijiet.

L-ewwel position paper li qed tiġi ppublikata titratta l-każ traġiku ta’ Savita Halappanavar fl-Irlanda. Tiddiskuti għalhekk il-problema ta’ infezzjonijiet serji li jseħħu f’nofs it-tqala u li b’hekk ipoġġu f’periklu ħajjet l-omm u dik tat-tarbija fil-ġuf.

Wieħed jista’ wkoll iżur is-sit doctorsforlifemalta.org għal iktar riżorsi.

Il-grupp Doctors for Life jittama li permezz ta’ dawn id-dokumenti juri b’mod ċar li wieħed jista’ jieħu ħsieb ħajjet l-omm u dik tat-tarbija, mingħajr ma npoġġu fil-periklu l-ħajja tal-omm.