Il-Papa ser jikkonsagra Isqof Malti ieħor

Print Friendly, PDF & Email

Nhar il-Ġimgħa 4 t’Ottubru,  waqt quddiesa fil-ħamsa ta’ waranofsinhar fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Papa Franġisku se jikkonsagra erba’ isqfijiet fosthom is-saċerdot Malti, Mons Antoine Camilleri.

Monsinjur Antoine Camilleri kien maħtur bħala Arċisqof titulari ta’ Skálholt u Nunzju Appostoliku. Sal-lum huwa serva bħala sotto-segretarju tas-Santa Sede, responsabbli mir-relazzjonijiet mal-istati.

Mons. Antoine Camilleri twieled tas-Sliema fl-20 ta’ Awwissu 1965 u kien ordnat saċerdot fil-5 ta’ Lulju 1991. Iggradwa fil-Liġi u d-Dritt Kanoniku u daħal fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede fid-9 ta’ Jannar 1999. Ta servizz fil-Papua New Guinea, l-Uganda, Kuba kif ukoll fit-taqsima responsabbli mir-relazzjonijiet mal-istati tas-Segreterija tal-Istat. Fit-22 ta’ Frar 2013, Mons. Camilleri nħatar sotto-segretarju tas-Santa Sede, responsabbli mir-relazzjonijiet mal-istati.

%d bloggers like this: