Profeta rasu iebsa li jistenna li Alla jinsa’ l-ħniena u l-mogħdrija


It-Tlieta 8 ta’ Otturbu, il-Papa Franġisku qaddes fil-kappella tad-Dar Santa Marta fejn għamel omelija mnebbħa mill-qari ta’ dawn it-tliet ijiem meħud mill-Ktieb ta’ Ġona.

L-ewwel qari tat-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa jtina l-istorja tat-taqbida bejn Alla u Ġona, il-Profeta rasu iebsa li jistenna li Alla jinsa’ l-ħniena u l-mogħdrija u jpatti għall-ħażin bid-deni.

Iżda Alla wkoll rasu iebsa, qal il-Papa, imma fil-ħniena.  Hu jibqa’ jiġri warajna jħabbat fuq il-bieb ta’ qlubna.

Dawn huma tixbihat, osserva Franġisku taż-żewġ attitudnijiet tal-Knisja: hemm insara li huma marbutin ma-ideat tagħhom u jidhrilhom li għandhom dritt jiġġudikaw kollox u hemm Knisja oħra li tersaq lejn ir-realtajiet tal-ħajja u tixbaħ lil Kristu li ma ddejjaqx jersaq lejn il-lebbrużi u l-morda biex ifejjaqhom.

Din hi Knisja li tixbaħ lil Kristu, li ma titqażżisx tersaq lejn il-marid  biex tfejjaq għax Kristu ġie fid-dinja biex ifejjaq u jsalva mhux biex jikkundanna.

Rapport minn Joe Huber

L-Omeliji tal-Papa minn Dar Santa Marta ssibhom fil-Laikos … http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Omeliji_Dar-Santa-Marta.htm