Illum il-Knisja tfakkar lil San Ġwann Stone

Fil-25 ta’ Ottubru l-Knisja tfakkar lil San Ġwann Stone, Saċerdot u Martri li ħa l-martirju fis-sena 1539.

Dan il-qaddis kien patri Agostinjan f’Canterbury li rrifjuta li jagħraf lil Neriku VIII bħala Kap tal-Knisja. Ftit nafu fuq il-ħajja ta’ San Ġwann Stone, qabel daħal Agostinjan u l-ħajja tiegħu bħala patri.

Il-Parlament tal-Ingilterra għadda liġi, magħrufa bħala l-Att ta’ Supremasija li kienet tipproklama lir-Re Enriku VIII bħala l-kap tal-Knisja. Erba’ snin wara uffiċjal tar-Re mar Canterbury biex jagħlaq il-kunventi kollha u jieħu bil-miktub mingħand kull patri id-dispożizzjoni għal dan il-att. Meta wasal għand l-Agostinjani, kulħadd iffirma dan il-kuntratt minbarra Ġwanni.

Ġwanni ġie arrestat u mitfugħ il-ħabs fit-Torri ta’ Londra, fl-1539. Anki wara sena fil-ħabs baqa’ sħiħ f’fehmtu u baqa’ jixtieq li jmut biex jibqa’ fidil lejn il-Papa. Ħass lil Alla qed jinkuraġġih biex ma jċedix anke jekk ikun se jirċievi l-mewt. Dan imlieh b’saħħa liema bħala. Huwa ġie mgħallaq għall-fidi tiegħu u wara l-ġisem tal-martri ġie mqatta’. Rasu u biċċiet minn ġismu ġew imdendlin f’bieb il-belt, billi kien meqjus bħala traditur.

Il-Papa Leo XIII ibbeatifika lil Ġwann Stone fl-1886 u l-Papa Pawlu VI ikkanonizzah fl-1970, flimkien ma’ 39 martri Ingliżi oħra tal-istess perjodu.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Leave a Reply