Illum il-Knisja tiċċelebra s-Solennita’ tal-Qaddisin kollha


Fl-1 ta’ Novembru l-Knisja tiċċelebra s-Solennita’ tal-Qaddisin kollha.

 

Illum il-Knisja tagħmel festa lill-Qaddisin kollha – lil dawk kollha li jinsabu fil-ġenna; ikkanonizzati jew mhumiex; qrabatna, ħbiebna u ġemgħa kbira ta’ oħrajn li ma nafuhomx; Maltin, Ingliżi, Taljani, nies ta’ kull sura u ta’ kull xorta, nies ta’ kull ġens u ta’ kull ilsien; dawk li għadhom kemm daħlu l-ġenna u dawk li ilhom hemm.

Il-Knisja tifraħ – tifraħ magħhom u tifraħ bihom. Fl-istess ħin tfakkarna li huma kienu bnedmin bħalna jgħixu fuq din l-art. Illum jinsabu fl-isbaħ, fl-ikbar, fl-aqwa stat li jista’ jakkwista l-bniedem – il-ġenna, fejn ma hemmx sadid, kamla jew taħsir; hemm il-paċi, l-hena, u l-għaqda l-iktar intima ma’ Alla. San Pawl qalilna: “L-erwieħ fil-ġenna qed jaraw dak il-ġmiel li ebda bniedem qatt ma ra f’din id-dinja; qed jisimgħu dak li ħadd minna qatt ma sema’; u qed igawdu dik il-hena li ħadd qatt ma gawda fuq din l-art.” (1 Korintin 2:9)

Il-Qaddisin mhux biss ifakkruna fit-tgawdija li qiegħda tistenniena, imma wkoll isejħulna biex ningħaqdu magħhom bħala wlied tal-istess Missier fid-dar tiegħu tas-sema.

Din il-festa tgħollilna għajnejna lejn dik ‘is-sħaba kbira ta’ xhieda,’ u tħeġġiġna biex naħdmu u nirsistu ħalli aħna wkoll ikun jistħoqqilna li wara din il-ħajja nidħlu f’dik is-sħaba ta’ kobor enormi.

Li jkollok pożizzjoni għolja fis-soċjetà hija ħaġa sabiħa tassew – tabib, avukat, perit qassis – imma niftakru li dawn jgħaddu u jintemmu fix-xejn. Mhux hekk li tkun qaddis. Jaqblilna tassew mela li nkunu qaddisin f’din il-ħajja biex nibqgħu qaddisin għal dejjem fil-ġenna.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.