Viżta medika b’xejn fil-Vatikan għall-Jum Dinji tal-Foqra


Il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida ħabbar li għat-Tielet Jum Dinji tal-Foqra, li se jsir fis-17 ta’ Novembru, il-Vatikan se jkollu klinika b’xejn fi Pjazza San Pietru. Din se tkun miftuħa bejn l-10-17 ta’ Novembru mit-tmienja ta’ filgħodu sal-għaxra ta’ billejl u t-tobba u l-infermiera se jagħtu s-servizz tagħhom b’xejn.

20181113T0920-0018-CNS-VATICAN-POOR-CLINIC_800

Dakinhar il-Papa Franġisku se jiċċelebra l-Ewkaristija fil-Bażilika ta’ San Pietru u wara se jiekol fis-Sala Pawlu VI flimkien ma’ madwar 1,500 persuna foqra minn Ruma u mir-reġjun tal-Lazio.

F’waħda mir-riflessjonijiet tiegħu il-Papa qal: Kemm il-darba rajna foqra iqallbu fil-laned taż-żibel biex jiġbru dak li għal ħaddieħor mhux tajjeb, bit-tama li jsibu xi ħaġa biex jieklu jew jilbsu. Huma jsiru parti mil-landa taż-żibel umana – għax huma stmati ta’ skart, mingħajr l-inqas rimors ta’ ħtija minn dawk li huma kompliċi f’dan l-iskandlu. Bosta drabi huma ġġudikati bħala parassiti fuq is-soċjetà, lanqas jingħataw maħfra minħabba l-faqar tagħhom. Il-ġudizzju huwa dejjem wara l-kantuniera, u lanqas huma mħollija li jkunu timidi jew skoraġġiti, u bosta drabi jinħassu ta’ theddida jew bla siwi, għax huma foqra.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.