Illum il-Knisja tfakkar lil San Staniżlaw Kostka


Fit-13 ta’ Novembru l-Knisja tfakkar lil San Staniżlaw Kostka, Konfessur u novizz Ġiżwita li għex bejn is-snin 1550 sa 1568.

 

Kien it-tieni wild ta’ Ġovanni Kostka, senatur tal-Polonja. Twieled fil-kastell ta’ Rostkovo, u flimkien ma’ ħuh, Pawlu, sentejn akbar minnu, studja d-dar, u mbagħad, ta’ 14, mar miegħu l-kulleġġ tal-Ġiżwiti, Vjenna. Kien mogħti minn ċkunitu għat-talb u għall-istudju, u ma kienx jisma’ kliem mhux xieraq bla ma jħossu ħażin. Sħabu fil-kulleġġ, kienu jistgħaġbu bid-devozzjoni u bil-ġabra tiegħu.

Ħuh kien ta’ sikwit jiddieħek bih u jsawtu. Iżda Stanislaw ma qatax qalbu: anzi darba wieġbu: “Ġurnata għad naħrab u mbagħad ikollok tfisser lill-papà u lill-mamà għax ħrabt.” Kien jitqarben il-Ħdud u l-btajjel, isum il-jum ta’ qabel, u dejjem f’kamartu jitlob jew jistudja.

Wara kważi sentejn marad u xtaq jitqarben. Sid id-dar, Luteran, ma riedx; iżda f’dehra ġew iqarbnuh żewġ anġli. F’dehra oħra, il-Madonna qaltlu li mewtu kienet għadha ma waslitx u li kellu jidħol Ġiżwita. Malli fieq, talab lill-Provinċjal, Patri Maggi; iżda dan beża’ jaċċettah Vjenna, billi missieru ma kienx irid. Allura l-qaddis qatagħha li jitlaq bil-mixi għal Ruma, 350 mil.

Wara li waqaf Dillingen, fejn il-Provinċjal Kanisju żammu tliet ġimgħat, telaq għal Ruma ma’ tnejn oħra, fejn il-Ġeneral Borġia aċċettah. Libes ta’ novizz fit-28 ta’ Novembru 1567, ta’ sbatax. Ħa bħala dmiru li jaqdi dmirijietu kollha bil-perfezzjoni. Ħajtu saret orazzjoni kontinwa. L-imħabba ta’ Ġesù Sagramentat kienet tidher fix-xegħla ta’ wiċċu meta jidħol il-kappella.

Iżda dan il-mudell tan-novizzi ma kellux ħlief disa’ xhur ħajja. Ftit jiem qabel mewtu ħabbar li għandu jmut fil-festa tal-Assunta. Miet fit-tlieta ta’ filgħodu tal-15 ta’ Awwissu. Ħuh Pawlu kien wieħed mix-xhieda prinċipali fil-proċess għall-kanonizzazzjoni: ta’ sittin sena talab li jidħol Ġiżwita. Il-Papa Benedittu XIV ikkanonizzah fl-1726.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.