Il-Papa issa fil-Ġappun

Print Friendly, PDF & Email

Wara t-Tajlandja l-Papa Franġisku qeed iżur il-Ġappun mit-23 sas-26 ta’ Novembru u bi tħejjija għal din iż-żjara huwa bagħat messaġġ bil-vidjo lill-poplu tal-Ġappun u qal li dan il-poplu jaf sew x’inhi t-tbatija kkawżata mill-gwerra. Il-Papa qal li mal-poplu tal-Ġappun huwa jitlob li l-qawwa qerrieda tal-armi nukleari qatt ma terġa’ tintuża fl-istorja umana u fakkar fit-tagħlim tal-Knisja li jgħid li l-użu tal-armi nukleari hija immorali.

It-tema taż-żjara tal-Papa fil-Ġappun hija “nħarsu kull ħajja” u huwa nnota li l-poplu tal-Ġappun jaf sew l-importanza ta’ kultura ta’ djalogu, ta’ fraternità speċjalment bejn tradizzjonijiet reliġjużi differenti li jistgħu jgħinu biex tingħeleb il-firda u jkun promoss ir-rispett għad-dinjità umana u l-avvanz tal-iżvilupp integrali tal-popli kollha.

Il-Papa wera x-xewqa li ż-żjara tiegħu tħeġġeġ lill-poplu tal-Ġappun ikompli miexi fit-triq tar-rispett reċiproku u l-laqgħa li twassal għal paċi sigura u dejjiema li qatt ma ddur lura fuqha nnifisha. Il-Paċi hija sabiħa u meta tkun paċi vera qatt ma ddur lura iżda tiddefendi ruħha b’kemm għandha saħħa.

Rapport mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

%d bloggers like this: