Illum il-Knisja tfakkar lil Beatu Dionisju tan-Natività u Beatu Redent tas-Salib

Print Friendly, PDF & Email

Fid-29 ta’ Novembru l-Knisja tfakkar lil Beatu Dionisju tan-Natività u Beatu Redent tas-Salib, Martri li ħadu l-martirju fis-sena 1638.

Il-Beatu Djonisju kien saċerdot u l-Beatu Redent kien ajk, it-tnejn Karmelitani Skalzi (Tereżjani) u sofrew il-martirju f’Sumatra.

Djonisju kellu 37 sena, kien għadu kif ġie ordnat saċerdot u kien ilu biss 4 snin Karmelitan. Qabel huwa kien navigatur professjonali u jagħmel il-mapep. Xi mapep tiegħu jinsabu ppreservati fil-Mużew Brittaniku.

Hu kien jismu Pierre Berthelot u twieled fin-Normandija, beda jaħdem fuq il-baħar u nqabad mill-pirati Olandiżi fl-ewwel vjaġġ tiegħu lejn l-Indji. Wara li nħeles mill-ħabs f’Ġava huwa mar f’Malacca, innegozja xi ftit għal rasu u ħa l-kmand ta’ vapur Portugiż.

Kien f’Goa meta ġie f’kuntatt mal-Karmelitani Tereżjani.

Il-Beatu Djonisju nħatar kappillan ta’ spedizzjoni Portugiża f’Sumatra u l-Beatu Redent, li qabel serva bħala suldat fl-Indja qabel ma daħal ajk, ingħażel bħala assistent tiegħu.

Huma nqabdu priġunieri kważi mill-ewwel malli waslu u nqatlu għax ma ridux li jħaddnu l-Iżlam.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading