Impenn għall-Għaqda, il-Verità u l-Ġustizzja


Appell mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex … Bħala ragħajja spiritwali tal-Kattoliċi Maltin u Għawdin, aħna l-Isqfijiet nixtiequ nagħmlu appell biex f’dawn il-ġranet ta’ tensjoni nfittxu li naħdmu flimkien, b’mod kalm u konvint, għall-verità u l-ġustizzja fl-imħabba u b’rispett lejn xulxin.

Capture

L-appell tagħna jingħaqad mal-appell tal-Eċċellenza Tiegħu l-President tar-Repubblika Dr George Vella għall-għaqda, biex is-sitwazzjoni diffiċli li għaddejjin minnha ma tkabbarx il-firda u li, fi spirtu ta’ għaqda u għall-ikbar ġid tas-soċjetà Maltija u ta’ pajjiżna, naħdmu lkoll biex l-istituzzjonijiet tagħna jagħmlu d-dover tagħhom bir-reqqa u b’mod imparzjali.

Bħal f’kull soċjetà, wieħed jifhem li fostna jaf ikun hemm nuqqas ta’ qbil, iżda dejjem għandna nfittxu li nesprimu l-opinjonijiet leġittimi tagħna b’rispett lejn xulxin, lejn il-verità u mingħajr ma naqgħu fin-nassa tal-mibegħda, tal-gideb u tal-vjolenza. Nappellaw biex aħna, Maltin u Għawdxin, infittxu l-ġid komuni fi spirtu ta’ vera lealtà lejn il-prinċipji tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta’ Malta.

Iż-żmien tal-Avvent ifakkarna li qegħdin nistennew il-miġja ta’ dak li “tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u s-sliem kotran” (Ps 72:7). Jalla l-ħerqa li għandu l-poplu għall-ġustizzja, għall-verità u għall-onestà, tissarraf ukoll f’rispett lejn xulxin u fiċ-ċaħda ta’ kull vjolenza verbali jew fiżika.

Nagħtu l-barka pastorali tagħna lill-poplu għażiż tagħna u lil kull persuna ta’ rieda tajba.

✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

✠ Mario Grech
Amministratur Appostoliku ta’ Għawdex

✠ Joseph Galea-Curmi
Isqof Awżiljarju ta’ Malta

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.