Illum il-Knisja tfakkar lil Santa Raffaela Marija Porras


Fis-6 ta’ Jannar l-Knisja tfakkar lil Santa Raffaela Marija Porras, Fundatriċi li għexet bejn is-snin 1850 sa 1925.

Twieldet f’Goroba (Spanja), fl-1 ta’ Marzu 1850. Missierha kien sindku u miet meta Raffaela kellha 4 snin. Ommha mietet meta Raffaela kellha 19-il sena. Oħtha Dolores, li kienet akbar minn Raffaela, iddeċidiet biex flimkien ma’ oħtha jidħlu sorijiet.

L-isqof ta’ Cardoba ma kienx kuntent bis-sorijiet tal-kunvent, li magħhom daħlu Dolores u Raffaela. Is-sorijiet kollha, minbarra ż-żewġ aħwa, ħallew il-kunvent u ħallew lil Dolores u Raffaela responsabbli. Is-16-il novizza kienu taħt ir-responsabbilità ta’ Raffaela. Fr. Ortiz, li kien responsabbli minn dan il-kunvent, ħadhom f’post ieħor, u talab lill-awtoritajiet tal-Knisja biex jirrikonoxxu s-soċjetà l-ġdida.

Patri Ġiżwita, Cotanilla, ħadhom Madrid; Swor Raffaela għamlet il-voti solenni u fl-1886, s-soċjetà bdiet tissemma’ bl-isem tas-Sorijiet Riparatriċi tal-Qalb ta’ Ġesù. Is-soċjetà nxterdet mal-Ingilterra u l-Amerika. Fetħu skejjel u organizzaw irtiri. Ġara li bejn ż-żewġ aħwa beda xi nuqqas ta’ ftehim, u għalhekk il-Vatikan ħatar lil Dolores bħala superjura.

Bl-umiltà kollha Raffaela aċċettat din il-bidla u għaddiet l-aħħar 32 sena f’xogħol tal-kunvent, f’Ruma. Raffaela kienet kitbet: “Alla jridni naċċetta kull ma qed inġarrab bħallikieku hu stess qed jikkmandani biex nagħmilhom”.

Mietet nhar l-Epifanija fl-1925. Il-Papa Pawlu VI kkanonizzaha fl-1977.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com