Illum il-Knisja tfakkar lil San Tumas Placidi minn Cori


Fil-11 ta’ Jannar l-Knisja tfakkar lil San Tumas Placidi minn Cori, Presbiteru li għex bejn is-snin 1655 sa 1729.

Francesco Antonio Placidi twieled fil-belt ta’ Cori. Missieru u ommu kienu bdiewa u mietu qabel għalaq l-14-il sena u billi kien l-uniku tifel fost ħutu, kellu jmur jaħdem biex jgħajjex liż-żewġ ħutu bniet. Dam imur jirgħa n-ngħaġ għal 8 snin, sakemm ħutu żżewġu, imbagħad seta’ jwettaq ix-xewqa tiegħu li jsir Franġiskan.

Fis-7 ta’ Frar 1677, daħal fil-kunvent ta’ Orrieto u sar Fra Tumas. Għalhekk fl-1683, ordna saċerdot. Intefa’ b’ruħu u ġismu għall-appostolat: priedki u qrar. Kien jgħaddi sigħat twal fil-konfessjonarju – iżur il-morda u jassisti lill-moribondi. Ma kienx jaċċetta flus
għall-quddies.

Żewġ virtujiet predominanti li kellu kienu l-paċenzja u l-umiltà – kien jirċievi ħafna umiljazzjonijiet minn sħabu. Talab biex ikun membru tal-ermitaġġ imwaqqaf mill-ordni. Tumas bena ermitaġġ f’Civitelle u ieħor f’Palombara. Ħafna Franġiskani kienu jgħaddu ġranet f’dan l-ermitaġġ.

Bata ħafna: ħafna kienu dawk minn sħabu li abbandunawh, għax sabu li kien strett fir-regoli li kiteb. Kien jippriedka ħafna u kien jippreferi jżur postijiet li mhumiex popolari.

Miet fil-11 ta’ Jannar 1729, meta kellu 74 sena. Ġie kkanonizzat mill-Qaddis Papa Ġwanni Pawlu II, fil-21 ta’ Novembru, 1999.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.