New Parish Priests’ Council 2020-2022


Il-Kulleġġ tal-Kappillani tal-Knisja f’Malta ħatar Kunsill ġdid għas-snin 2020 – 2022 fil-laqgħa tal-Kulleġġ tat-12 ta’ Frar. Il-Kunsill tal-Kappillani huwa ffurmat minn seba’ membri tal-Kulleġġ tal-Kappillani li hu magħmul mis-70 kappillan tal-parroċċi f’Malta.

Capture.PNGjjj

Il-membri tal-Kunsill il-ġdid huma:

President: Dun Mario Mangion (l-Arċipriet ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi)
Viċi President: Dun Ewkarist Zammit (l-Arċipriet ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi)
Segretarju tal-Kulleġġ: Dun Robert Grech (il-Kappillan tas-Swatar)
Kaxxier: Dun John Muscat (il-Kappillan ta’ Paola Lourdes)
Segretarju tal-Kunsill: Dun Josef Mifsud (l-Arċipriet tas-Siġġiewi)
Membri: Dun Christopher Ellul (l-Arċipriet Ħal Tarxien) u Dun Reuben Micallef (il-Kappillan Pembroke)

Il-Kunsill huwa responsabbli li janalizza l-ħwejjeġ li jolqtu l-ħidma pastorali fil-parroċċi u t-tmexxija tal-Kulleġġ u jkun ta’ għajnuna għall-Arċisqof u għall-kappillani kollha fil-ħidma pastorali tagħhom.