Nitolbu għal dawk li kienu ser jiżżewġu f’dan il-jiem

Inżommu fil-ħsieb tagħna lill-koppji li kellhom iż-żwieġ ippjanat għal dawn il-ġimgħat, kif ukoll il-familjari tagħhom, li jinsabu f’diffikultà li qatt ma stennew. Marija u Ġużeppi jgħinuhom biex jagħmlu l-kuraġġ u jħarsu ‘l quddiem bit-tama fil-Mulej.

Ħa nitolbu għalihom bit-talba għall-għarajjes San Ġorġ Preca: Sinjur Alla, o Missier, li inti dejjem favur ta’ dawk li huma fidili lejk, indokra l-għarajjes sabiex iħobbu lilek fuq kollox, u b’hekk ikunu minnek imberkin issa u fl-istat taż-żwieġ tagħhom bir-risq u bil-vera feliċità.

Kitba ta’ Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading